MICAS ART TALKS

30 ta' Jannar 2020

Taħditiet dwar l-arti

DATA: 12 – 10 – 2019

POST:MUŻA, Auberge d’Italie, Triq il-Merkanti, Valletta

MICAS u s-Serpentine Galleries ippreżentaw żewġ sessjonijiet ta’ taħditiet imnebbħa mir-riċerka u l-prattika tal-artist Pierre Huyghe fl-okkażjoni tal-ftuħ tax-xogħol tiegħu Exomind (Deep Water) f’Malta. Esperti fil-filosofija, ix-xjenza, l-antropoloġija, it-teknoloġija, l-arti u l-ekoloġija ġew mistiedna jieħdu sehem f’taħditiet li jieħdu x-xogħol ta’ Huyghe bħala punt tat-tluq b’enfażi fuq li jitwieġbu mistoqsijiet bħal: kif nistgħu nirrispondu għat-tibdil fil-klima minn dixxiplina għall-oħra? Kif nistgħu nerġgħu naħsbu dwar il-pożizzjoni tagħna fid-dinja? Fejn għandna nfittxuha l-għajnuna? Dan il-panel internazzjoni tmexxa minn Hans Ulrich Obrist, Direttur Artistiku tas- Serpentine Galleries, u Rebecca Lewin, Kuratriċi tal-Wirjiet u d-Design, li ħadmet ma’ Huyghe fuq il-wirja riċenti tiegħu s-Serpentine Galleries, bit-titlu UUmwelt (2018).


L-EWWEL SESSJONI: Il-biotħabbil u d-diżlokazzjoni
Kelliema: Simone BorgFlora Katz, Manthia Diawara
Immexxija minn Hans Ulrich Obrist

IT-TIENI SESSJONI: Is-sistemi bħala iperoġġetti, l-iperoġġeti bħala sistemi
KelliemaEmanuele Coccia, Nora N. Khan, Niki Young
Immexxija minn Rebecca Lewin

Il-MICAS Art Talks kienu parti mill-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS, u ġew organizzati bl-appoġġ ġentili tal-Air MaltaHeritage Maltal-Awtorità Maltija għat-Turiżmuil-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, id-Direttorat tar-Restawr u l-MUŻA.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.