IL-KOMPETIZZJONI MICAS ‘IDDISINJA MASKRA’
23 ta' Marzu 2021
Nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ħa sehem u għen biex il-KOMPETIZZJONI MICAS ‘IDDISINJA MASKRA’ tkun suċċess enormi. Tassew qawwitilna qalbna l-konkorrenza ħerqana. Tul sebaʼ ġimgħat, 729 żagħżugħ u żagħżugħa ppreżentaw id-disinji tagħhom tal-maskri tal-ħalq.
Imnedija f’Diċembru 2020 bħala l-ewwel inizjattiva #MicasForKids tal-MICAS IL-KOMPETIZZJONI MICAS ‘IDDISINJA MASKRA’ ma kinitx sempliċiment ‘sfida’. Din l-inizjattiva pprovdiet pjattaforma fejn it-tfal u ż-żgħażagħ setgħu jesprimu b’mod ħieles u kreattiv permezz tal-arti l-aspirazzjonijiet u t-tħassib tagħhom dwar il-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa. Din il-varjetà mill-isbaħ ta’ disinni ta’ maskri hija stampa tar-riflessjonijiet u l-esperjenzi tal-parteċipanti żgħażagħ tagħna matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida.
Il-KOMPETIZZJONI MICAS ‘IDDISINJA MASKRA’ kienet miftuħa għal tliet gruppi ta’ etajiet differenti. ‘Nixtieq…’ kienet it-tema għall-grupp bejn ħames u tmien snien, filwaqt li ‘Id-dinja tiegħi’, u ‘Il-veduta minn kamarti’ kienu t-temi għall-kategoriji bejn 9-12-il sena u bejn 13-16-il sena, rispettivament.
Nirringrazzjaw bil-qalb lill-parteċipanti żgħażagħ kollha tagħna għall-isforz kbir tagħhom. Nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-iskejjel, lill-edukaturi u lill-ġenituri/gwardjani tagħhom talli appoġġaw din l-inizjattiva.
Intgħażlu tliet rebbieħa minn kull kategorija ta’ età. Dawn huma id- disa’ rebbiegħa tal-KOMPETIZZJONI MICAS ‘IDDISINJA MASKRA’:
Elena Baldacchino
Jack Ferris
Leia Galea
Previous
Next
Nina Agius
Jayme Hili
Thanida Zammit Moksuwan
Previous
Next
Gabriel Azzopardi
Enya Grech
Rebecca Grech
Previous
Next
Ir-rebbieħa kollha rċevew ċertifikat ta’ premju, pakkett maskri uffiċjali tal-MICAS, u voucher ta’ EUR 25 minn ħanut tal-arti flimkien ma’ basket rigali. Fix-xhur li ġejjin, ir-rebbieħa se jirċievu wkoll pakkett maskri bid-disinji rebbieħa mill-kategorija tagħhom.
Biex niċċelebraw l-fluss vibranti ta’ kreattività espressa mill-parteċipanti żgħażagħ tagħna, MICAS ser jospita wirja virtwali tal-disinni kollha sottomessi, b’aktar dettalji li joħorġu dalwaqt.
Il-KOMPETIZZJONI MICAS ‘IDDISINJA MASKRA’ jifforma parti mill-inizjattiva edukattiva tal-MICAS biex titqajjem kuxjenza ħalli l-komunitajiet tagħna jibqgħu sikuri matul il-pandemija COVID-19 filwaqt li tintwera l-kreattività tat-tfal żgħar.
THE MICAS DESIGN A MASK CHALLENGE forms part of MICAS’ Education initiative in raising awareness to keep our communities safe during the COVID-19 pandemic while showcasing the creativity of young children.