#MicasForKids
Sejħa għat-tfal u ż-żgħażagħ bejn 5 snin u 16-il sena
L-edukazzjoni tinsab fil-qalba tal-mandat u l-missjoni tal-MICAS u l-għan tagħha huwa li tneħħi l-ostakli u tagħmel l-arti kontemporanja aċċessibbli għal kulħadd. Nemmnu li parteċipazzjoni aktar diversa hija possibbli permezz tal-arti kontemporanja bl-użu tal-għodod, il-midja u t-teknoloġiji l-ġodda tal-kultura popolari inklużi oġġetti mill-ħajja ta’ kuljum.
Matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida, il-pandemija tal-COVID-19 ħalliet impatt fuq il-familji, l-iskejjel, il-postijiet tax-xogħol u l-komunitajiet madwar id-dinja kollha. Sabiex twassal il-perċezzjoni tat-tfal f’din il-konverżazzjoni kontemporanja, MICAS Education qed tvara l-ewwel inizjattiva #MicasForKids, li qed tistieden lit-tfal jesprimu lilhom infushom u l-kreattività tagħhom billi jiddisinjaw maskra. Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għat-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn 5 snin u 16-il sena.
It-temi għal kull grupp ta’ età huma dawn li ġejjin:
5 – 8: Nixtieq…
9 -12: Id-dinja tiegħi
13 – 16: X’nara minn kamarti
Is-suġġett għat-temi inklużi fuq il-maskra għandu jkun oriġinali u m’għandux ikun taħt id-drittijiet tal-awtur ta’ artist jew entità oħra.
It-tliet disinni l-aktar kreattivi u innovattivi tal-maskri se jintgħażlu minn kull kategorija ta’ età u mbagħad jidhru fuq sett ta’ maskri li se jinħarġu mill-MICAS fl-2021. L-istampar tal-maskri se jsir minn fornitur lokali. Id-disinni rebbieħa jistgħu jiġu aġġustati biex jaqblu mal-mudell tal-maskra sabiex ikunu jistgħu jiġu stampati.
Kull rebbieħ se jirċievi pakkett maskri bid-disinni rebbieħa mill-kategorija tagħhom, pakkett tal-maskri uffiċjali tal-MICAS, u voucher ta’ EUR 25 minn ħanut tal-arti, flimkien ma’ borża tar-rigali.
KIF TIEĦU SEHEM
- Niżżel il-mudell tal-maskra skont il-grupp ta’ età minn fuq il-website tal-MICAS; 5 – 8, 9 -12, 13 – 16
- Niżżel il-formola tal-kunsens HAWN
- Stampa l-mudell tal-maskra u l-formola tal-kunsens
- Iddisinja l-maskra tiegħek fl-ispazju apposta għall-maskri
- Imla l-formola tal-kunsens kif xieraq
- Skennja jew ħu ritratt diġitali tad-disinn tiegħek u l-formola tal-kunsens u ibgħathom lil info@micas.art sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Frar 2021. Jekk jogħġbok inkludi ismek u kunjomok, l-età, l-indirizz/l-iskola u n-numru ta’ kuntatt. Jekk se tibgħat ritratt diġitali, jekk jogħġbok żomm id-disinn oriġinali. Jekk tkun irbaħt, membru tat-tim MICAS jikkuntattjak sabiex tibagħtilna d-disinn oriġinali.
Ejja nieħdu ħsieb lilna nfusna u lill-oħrajn u nilbsu l-maskra.