Id-Data ta’ Pubblikazzjoni: Is-16 ta’ Marzu 2026
Id-Data ta’ Skadenza għal Sottomissjoni: Il-15 ta’ April 2026 fl-10:00 am CET/CEST
Id-Data tal-Ftuħ tal-Espressjoni tal-Interess: Il-15 ta’ April 2026 fl-10:30 am CET/CEST
Introduzzjoni
Il-MICAS javża li qed jiftaħ sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess mingħand artiġjani biex ibigħu l-prodotti tagħhom fil-ħanut tal-MICAS li jinsab fil-kumpless ġdid tal-MICAS matul dan il-perjodu, mill-1 ta’ Ottubru 2026 sat-30 ta’ Settembru 2028.
Il-MICAS, kordjalment jistieden lill-artiġjani biex iressqu l-proposti tagħhom u jirreġistraw l-interess tagħhom biex joħolqu u jbigħu l-prodotti artistiċi tagħhom fil-ħanut tal-MICAS skont din l-Espressjoni ta’ Interess.
Struzzjonijiet lill-Artiġjani Prospettivi
Struzzjonijiet Ġenerali
L-Iskeda
Id-data tal-ftuħ tal-Espressjoni ta’ Interess: | Is-16 ta’ Marzu 2026 |
Talbiet ta’ kjarifikazzjoni jistgħu jintbagħtu b’email sa mhux aktar tard mid-data mniżżla hawnhekk: | Is-27 ta’ Marzu 2026 |
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mid-data mniżżla hanwhekk: | Il-15 ta’ April 2026 fl-10:00 am CET/CEST |
Id-data tal-ftuħ tal-offerti: | Il-15 ta’ April 2026 fl-10:30 am CET/CEST |
Kwalunkwe talba ta’ kjarifikazzjoni u/jew applikazzjoni mimlija għandhom jitressqu permezz ta’ email indirizzata lil procurement@micas.art intitolata:
Espressjoni ta’ Interess għal Artiġjani biex ibigħu l-prodotti tagħhom fil-ħanut tal-MICAS.
L-iskeda ta’ ftuħ tittella’ fuq is-sit tal-MICAS www.micas.art skont l-ordni ta’ kif waslu l-applikazzjonijiet. Fl-iskeda ta’ ftuħ se jitniżżlu biss l-ismijiet tal-artiġjani li ressqu offerta taħt din l-Espressjoni ta’ Interess. Il-prezzijiet mhux se jitniżżlu fuq din l-iskeda.
Applikazzjonijiet mhux sħaħ u/jew li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.
Rekwiżiti
Jekk wieħed jew aktar minn dawn ir-rekwiżiti u/jew xi qasam tal-applikazzjoni jkunu neqsin u/jew mhux sħaħ, is-sottomissjoni awtomatikament titqies bħala invalida u ma tiġix ikkunsidrata aktar.
L-Għażla u l-Evalwazzjoni
Kull sottomissjoni tiġi ttrattata b’kufidenzjalità stretta mill-bord tal-għażla u tiġi evalwata skont il-kriterji ta’ hawn isfel:
Il-Kriterji ta’ Evalwazzjoni | Marki |
|
Lista tal-prodotti offruti (Anness Numru 1) – Il-prodotti offruti jridu jkunu skont il-kategoriji mitluba. |
30 | Obbligatorja |
b) Formola ta’ Applikazzjoni mimlija kif xieraq. |
5 |
Obbligatorja |
Formola ta’ dikjirazzjoni ffirmata.
|
5 |
Obbligatorja |
Ritratt tal-prodotti mitluba. |
20 |
Obbligatorja |
IlPrezz – Marġni ta’ għall-inqas 25%. | 20 | Obbligatorja |
Il-permessi neċessarji u l-permessi meħtieġa flimkien mal-liċenzji li juru li l-applikanti jistgħu jbigħu/jinnegozjaw (Anness Numru 3) u ċertifikat tal-VAT | 20 | Obbligatorja |
Marka minima: 60
Total tal-marki: 100
L-ispazji jingħataw skont ir-rekwiżiti tal-MICAS u l-ħanut tal-MICAS. Xi artiġjani jistgħu jitpoġġew fuq lista ta’ riżerva u jiġu kkuntattjati aktar tard.
Il-MICAS jirriżerva d-dritt li jagħżel u/jew jirrifjuta kwalunkwe offerta mressqa jew l-offerti kollha mressqa skont il-ħtiġiet imsemmija f’dan id-dokument ta’ Espressjoni ta’ Interess. Jekk sottomissjoni tiġi kkunsidrata sodisfaċenti, il-MICAS jirriżerva d-dritt li jassenja parti mill-ħanut lill-artiġjani oħra li mhux neċessarjament kienu involuti f’din l-Espressjoni ta’ Interess. Id-deċiżjoni tal-MICAS f’dan ir-rigward hija finali u vinkolanti.
It-Termini u Kundizzjonijiet
Il-Prodotti
Armar u Żarmar
Download Application documents below
Anness 1 – Lista ta’ prodotti offerti
Annex 2 – Formola ta’ Applikazzjoni
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023