Artisans

Call for Expression of Interest for Artisans to sell their products in the MICAS Gift Shop

Id-Data ta’ Pubblikazzjoni: Is-16 ta’ Marzu 2026

Id-Data ta’ Skadenza għal Sottomissjoni: Il-15 ta’ April 2026 fl-10:00 am CET/CEST

Id-Data tal-Ftuħ tal-Espressjoni tal-Interess: Il-15 ta’ April 2026 fl-10:30 am CET/CEST

 

 

Introduzzjoni

Il-MICAS javża li qed jiftaħ sejħa għal Espressjonijiet ta’ Interess mingħand artiġjani biex ibigħu l-prodotti tagħhom fil-ħanut tal-MICAS li jinsab fil-kumpless ġdid tal-MICAS matul dan il-perjodu, mill-1 ta’ Ottubru 2026 sat-30 ta’ Settembru 2028.

Il-MICAS, kordjalment jistieden lill-artiġjani biex iressqu l-proposti tagħhom u jirreġistraw l-interess tagħhom biex joħolqu u jbigħu l-prodotti artistiċi tagħhom fil-ħanut tal-MICAS skont din l-Espressjoni ta’ Interess.

 

 

Struzzjonijiet lill-Artiġjani Prospettivi

Struzzjonijiet Ġenerali

  1. Għall-fini ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, it-terminu “artiġjani” jirreferi għal individwi jew intrapriżi żgħar li joħolqu prodotti artiġjanali jew prodotti ddisinjati b’mod artistiku. Il-MICAS jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni mill-artiġjani; madankollu, sottomissjonijiet minn fornituri mhux artiġjanali jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll jekk il-prodotti proposti jikkumplimentaw l-offerta tal-ħanut tal-MICAS jew jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati tal-bejgħ. Il-MICAS jirriżerva d-dritt li l-għażla ta’ prodotti minn kwalunkwe kategorija tkun id-diskrezzjoni unika tiegħu.
  2. Mat-tressiq tal-offerta, l-artiġjani prospettivi jaċċettaw b’mod sħiħ u intier, il-kontenut ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, fosthom kwalunkwe kjarifika sussegwenti maħruġa mill-MICAS, irrispettivament minn kwalunkwe kundizzjoni li l-artiġjani msemmija jistgħu jinkludu fis-sottomissjoni tagħhom.
  3. L-artiġjani prospettivi huma mistennija jeżaminaw bir-reqqa u jikkonformaw mal-istruzzjonijiet, ir-rekwiżiti u t-termini u kundizzjonijiet kollha ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.
  4. L-artiġjani prospettivi għandhom jimlew, japprovaw, u jissottomettu b’mod xieraq il-Formola ta’ Applikazzjoni li tinsab f’Anness Numru 2 ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa li ssostni l-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-applikanti ma jissottomettux l-offerta tagħhom bl-informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa sad-data ta’ skadenza speċifikata hawnhekk, l-offerta tagħhom tista’ ma tintlaqax. Offerti li jinkludu informazzjoni inkorretta u/jew mingħajr id-dokumentazzjoni li ssostni l-offerta titqies awtomatikament invalida u ma tiġix ikkunsidrata aktar.
  5. L-artiġjani prospettivi għandhom jiżguraw li d-dettalji ta’ kuntatt li jagħtu fil-formola tal-applikazzjoni msemmija qabel jappartjenu lill-persuna li, jekk tirnexxi, għandha tidħol fi ftehim mal-MICAS biex tbigħ fil-ħanut tal-MICAS.
  6. Fit-tressiq tal-applikazzjoni, l-artiġjani prospettivi jintrabtu li l-offerta tagħhom tibqa’ valida għal perjodu ta’ disgħin (90) jum mid-data ta’ skadenza indikata f’Sezzjoni 2.2 hawn isfel.

 

 

L-Iskeda

Id-data tal-ftuħ tal-Espressjoni ta’ Interess:

Is-16 ta’ Marzu 2026

Talbiet ta’ kjarifikazzjoni jistgħu jintbagħtu b’email sa mhux aktar tard mid-data mniżżla hawnhekk:

Is-27 ta’ Marzu 2026

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mid-data mniżżla hanwhekk:

Il-15 ta’ April 2026 fl-10:00 am

CET/CEST

Id-data tal-ftuħ tal-offerti:

Il-15 ta’ April 2026 fl-10:30 am

CET/CEST

Kwalunkwe talba ta’ kjarifikazzjoni u/jew applikazzjoni mimlija għandhom jitressqu permezz ta’ email indirizzata lil procurement@micas.art intitolata:

Espressjoni ta’ Interess għal Artiġjani biex ibigħu l-prodotti tagħhom fil-ħanut tal-MICAS.

 

L-iskeda ta’ ftuħ tittella’ fuq is-sit tal-MICAS www.micas.art skont l-ordni ta’ kif waslu l-applikazzjonijiet. Fl-iskeda ta’ ftuħ se jitniżżlu biss l-ismijiet tal-artiġjani li ressqu offerta taħt din l-Espressjoni ta’ Interess. Il-prezzijiet mhux se jitniżżlu fuq din l-iskeda.

Applikazzjonijiet mhux sħaħ u/jew li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

 

Rekwiżiti

  1. L-applikanti huma eleġibbli biss għal provvediment ta’ żona żgħira fil-ħanut tal-MICAS.
  2. L-applikanti jistgħu japplikaw darba biss biex ibigħu l-prodotti tagħhom.
  3. Is-sottomissjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin:
    1. Lista tal-prodotti offruti mimlija kif xieraq (Anness Numru 1)
      Agħżel it-tabella xierqa għall-prodotti offruti);
    2. Formola ta’ Applikazzjoni mimlija kif xieraq (Anness Numru 2);
    3. Formola ta’ Dikjarazzjoni mimlija kif xieraq (Anness Numru 3);
    4. Ritratti tal-Prodotti Proposti;
    5. Ċertifikat tal-VAT;
    6. Il-lista ta’ kontroll iffirmata kif xieraq (Anness Numru 4)

Jekk wieħed jew aktar minn dawn ir-rekwiżiti u/jew xi qasam tal-applikazzjoni jkunu neqsin u/jew mhux sħaħ, is-sottomissjoni awtomatikament titqies bħala invalida u ma tiġix ikkunsidrata aktar.

 

L-Għażla u l-Evalwazzjoni

Kull sottomissjoni tiġi ttrattata b’kufidenzjalità stretta mill-bord tal-għażla u tiġi evalwata skont il-kriterji ta’ hawn isfel:

Il-Kriterji ta’ Evalwazzjoni

Marki

 

Lista tal-prodotti offruti (Anness Numru 1) – Il-prodotti offruti jridu jkunu skont il-kategoriji mitluba.

 

30

Obbligatorja

b)         Formola ta’ Applikazzjoni mimlija kif xieraq.

 

 

5

 

Obbligatorja

Formola ta’ dikjirazzjoni ffirmata.

 

 

5

 

Obbligatorja

Ritratt tal-prodotti mitluba.

 

 

20

 

 

Obbligatorja

IlPrezz – Marġni ta’ għall-inqas 25%.

20

Obbligatorja

Il-permessi neċessarji u l-permessi meħtieġa flimkien mal-liċenzji li juru li l-applikanti jistgħu jbigħu/jinnegozjaw (Anness Numru 3) u ċertifikat tal-VAT

20

Obbligatorja

Marka minima: 60

Total tal-marki: 100

 

L-ispazji jingħataw skont ir-rekwiżiti tal-MICAS u l-ħanut tal-MICAS. Xi artiġjani jistgħu jitpoġġew fuq lista ta’ riżerva u jiġu kkuntattjati aktar tard.

Il-MICAS jirriżerva d-dritt li jagħżel u/jew jirrifjuta kwalunkwe offerta mressqa jew l-offerti kollha mressqa skont il-ħtiġiet imsemmija f’dan id-dokument ta’ Espressjoni ta’ Interess. Jekk sottomissjoni tiġi kkunsidrata sodisfaċenti, il-MICAS jirriżerva d-dritt li jassenja parti mill-ħanut lill-artiġjani oħra li mhux neċessarjament kienu involuti f’din l-Espressjoni ta’ Interess. Id-deċiżjoni tal-MICAS f’dan ir-rigward hija finali u vinkolanti.

 

It-Termini u Kundizzjonijiet

Il-Prodotti

  1. Il-MICAS qed ifittex offerti minn artiġjani li jistgħu jipprovdu prodotti ta’ kwalità għolja.
  2. L-offerti għandhom joffru għażla ta’ prodotti bi prezzijiet għal baġits differenti.
  3. Kwalunkwe bidla fil-kunċett artistiku propost, fosthom il-prezz jeħtieġ li jiġi approvat mill-MICAS minn qabel biex tiġi żgurata l-aderenza mal-kunċett.
  4. Kull prodott għandu jkunu għall-wiri bi prezz elenkat f’kull ħin f’parti prominenti li l-pubbliku jista’ jara faċilment. Il-prezzijiet offruti għandhom jirriflettu s-suq kurrenti.
  5. L-artiġjani għandhom ibigħu biss prodotti approvati mill-MICAS u għandhom iżommu mal-istruzzjonijet mogħtija lill-MEEE, qabel, waqt, u/jew wara l-avveniment kif ukoll iżommu mar-regolamenti kollha attwali.
  6. L-artiġjani għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom huma tal-ogħla kwalità.
  7. L-artiġjani għandhom jirrispettaw il-prassi tal-ħanut tal-MICAS.
  8. L-ippakkjar għandu jsir skont il-branding approvat mill-MICAS u l-artiġjani għandhom jaċċettaw li l-prodotti tagħhom jitpoġġew f’basket tal-MICAS f’każ ta’ bejgħ.
  9. Il-MICAS jirriżerva d-dritt, fid-diskrezzjoni unika tiegħu, li jikkunsidra u jaċċetta proposti li jinkludu arranġamenti alternattivi ta’ forniment, fosthom xiri dirett, meta tali arranġamenti jitqiesu li joffru valur eċċezzjonali, effiċjenza operazzjonali, jew allinjament mal-għanijiet tal-bejgħ tal-MICAS. Filwaqt li l-kunsinja hija l-mudell preferut għall-MICAS, ir-rispondenti jistgħu jipproponu jew termini ta’ kunsinja jew ta’ nuqqas ta’ kunsinja. Il-proposti kollha għandhom jiddeskrivu b’mod ċar l-istruttura kummerċjali li qed tiġi offruta, inklużi l-ipprezzar, il-ġestjoni tal-istokk, u kwalunkwe element ta’ kummissjoni jew sehem mid-dħul fejn applikabbli. Is-sottomissjoni ta’ Espressjoni ta’ Interess ma tikkostitwixxix impenn mill-MICAS li jidħol fi kwalunkwe ftehim ta’ forniment, kemm jekk fuq kunsinja jew mod ieħor.

 

Armar u Żarmar

  1. Jekk l-applikanti magħżula jinstabu fi ksur tat-termini msemmija hawn fuq, il-MICAS jista’ jitlob għal waqfien tal-bejgħ tal-prodotti b’mod immedjat. F’dan il-każ, ħadd mhu intitolat għal kumpens u kulħadd jidħol f’obbligu biex iħallas kwalunkwe multa mitluba mill-awtoritajiet lokali kompetenti. Kwalunkwe proċedura tal-qorti li tirriżulta minn dan il-ksur għandha titħallas mill-applikanti kkonċernati.
  2. Il-MICAS jirriżerva d-dritt li jwaqqaf il-kuntratt f’kull ħin u jekk jagħmel dan, mhux neċessarjament obbligat jagħti raġun għall-waqfien.
  3. Għanhom jiġu osservati l-Liġijiet ta’ Malta relevanti kollha minn min jintgħażel.

 

 

 

Skip to content