Simone Borg

Il-Prof. Simone Borg bdiet il-karriera tagħha bħala diplomatika mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-1991 u mbagħad mexxiet id-Dipartiment tal-Affarijiet Multilaterali u Leglai fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Kienet in-negozjatriċi ewlenija għal Malta fil-qasam tal-Ftehimiet Ambjentali Internazzjonali Multilaterali mill-1991 sal-2004, fejn ukoll abbozzat liġijiet u politiki ambjentali. Ikkordinat it-traspożiżżjoni tal-acquis communautaire ambjentali qabel is-sħubija fl-UE. Waqt il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew, kienet il-kap tad-delegazzjoni Maltija u ppresediet il-grupp tal-UE tan-negozjati dwar il-klima. 

Simone Borg ħadmet ukoll bħala espert legali fuq il-liġi dwar il-klima u l-liġi ambjentali f’diversi proġetti mal-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonijiet Uniti, -netwerks akkademiċi u l-IUCN. Inħatret Ambaxxatur ta’ Malta għall-Azzjoni Klimatika fl-2010. Hija tippresjedi l-Bord ta’ Azzjoni dwar il-Klima li huwa responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miri tal-azzjoni klimatika fi ħdan is-settur pubbliku u għall-promozzjoni ta’ inizjattivi fi ħdan is-settur privat f’Malta. Il-Professur Borg hija akkademiku residenti l-Università ta’ Malta u żżur diversi universitajiet barra minn Malta. Ippubblikat kotba kif ukoll bosta artikli u dokumenti dwar il-liġi ambjentali, il-liġi dwar it-tibdil fil-klima u dwar il-governanza tal-oċeani. Il-monografija tagħha dwar il-konservazzjoni tal-ibħra miftuħa esplorat kif is-sistemi legali frammentati li jindirizzaw il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jistgħu jiġu armonizzati aħjar. 

Il-Professur Borg reċentement ingħatat l-Ordni tal-Mertu mir-Repubblika ta’ Franza għall-ħidma tagħha dwar l-azzjoni klimatika f’Malta u lil hinn.

Ritratt bil-permess ta Simone Borg.

Share

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content