Sara Dolfi Agostini

Sara Dolfi Agostini hija kuratriċi mwielda l-Italja bbażata f’Malta. Mill-2008 ’l hawn, ħadmet għal bosta istituzzjonijiet internazzjonali tal-arti, fosthom Manifesta u Magnum Photos. Bejn tmiem l-2013 u nofs l-2016, kienet il-ko-kuratriċi ta’ kummissjoni tal-arti pubblika mibdija mill-Belt ta’ Milan, fejn ikkollaborat ma’ artisti magħrufa, fosthom Jeremy Deller, Judith Hopf, Jimmie Durham, Damián Ortega, Wilfredo Prieto, Shilpa Gupta u Kiki Smith. Dawn l-aħħar sentejn, għaddejja bil-karriera tagħha bħala kuratriċi indipendenti filwaqt li sservi bħala membru tal-bord tal-mużew Triennale ta’ Milan. F’Malta, dan l-aħħar ikkurat il-preżentazzjoni ta’ Stuart Franklin, il-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt. Tikkontribwixxi regolarment lill-gazzetta Il Sole 24 ORE u kitbet għal rivisti internazzjonali tal-arti bħal Flash Art International, KLAT, u Camera Austria. Barra minn hekk, hija membru tal-fakultà mal-Fondazione Modena Arti Visive u għallmet l-Università ta’ Bologna, l-iSchool of the Art Institute ta’ Chicago, il-Kwartieri Ġenerali tal-Bank Dinji f’Washington DC, kif ukoll tagħti spiss lezzjonijiet u taħditiet in-NABA u Il Sole 24 ORE Master School, it-tnejn Milan.

Ritratt ta’ Alexandra Pace.

Share

Skip to content