Raymond Pitrè

Raymond Pitrè M.O.M. (twieled fl-1940) huwa artist viżiv Malti li jesperimenta bil-pittura, it-tpinġija, l-iskultura u l-kitba. Xogħlu, li jinkludi anki r-ritrattistika tiegħu, huwa manifest għal metodoloġija viżiva infurmata mill-pajsaġġi u l-lessiku tal-esperjenza umana. Il-prattika tiegħu tixxeblek mal-ġrajjiet u l-proċessi għaddejjin fid-dinja, imma wkoll tfannad fil-memorja awtobijografika u l-ġeografiji personali li ta’sikwit jinbidlu. F’ġabra ta’ xoghol li tfawwar bl-intensità u bl-’azzjoni, is-suġġetti rikorrenti huma t-trawma, il-mewt, it-tracci u dak li hu profondament personali. Iż-żjarat lejn dawn it-temi huma spissi, fejn imbagħad jigu ri-artikolati permezz ta’ varjetà wiesgħa ta’ media.

Ix-xogħol ta’ Raymond Pitrè ntwera internazzjonalment f’Londra, Berlin, Firenze, Copenhagen, Palermo, l-Alġier, Brussell, New York u Kyoto. Irrappreżenta lil Malta fil-Biennale ta’ Venezja fl-1999, u xogħlu jinsab f’bosta kollezzjonijiet nazzjonali u istituzzjonijiet oħra. Fl-2000, sar Membru tal-Ordini Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika ta’ Malta għas-servizzi lill-arti. Raymond Pitrè jgħix u jaħdem Malta. 

Ritratt: Daniele Pitrè. Bil-permess ta Raymond Pitrè

Share

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content