Dr Georgina Portelli tindirizza l-mistiedna għall-wirja tal-eżebizzjoni dwar Ray Pitrè

Nirrakuntaw Pitrè: kif Figure In Rods jagħti bidu għall-missjoni tal-MICAS biex jiddokumenta l-arti kontemporanja Maltija

Dr Georgina Portelli tispjega kif il-MICAS irid jibni arkivju ta’ dokumentazzjoni sistematika tal-arti kontemporanja Maltija

Figure In Rods huwa kapulavur li jirrappreżenta sitt snin ta’ kollaborazzjoni bejn il-mibki Ray Pitrè u MICAS.
D’dan ix-xogħol ta-“ħassieb diverġenti” li huwa Pitrè, kif tiddeskrivieh Dr Georgina Portelli, il-kap tal-kumitat edukazzjonali tal-MICAS, naraw meditazzjoni qawwija tal-artist fuq il-paesaġġ psikoloġiku tal-kuxjenza u l-eżistenza umana, u issa għandu dar permanenti fuq il-kampus tal-MICAS.
“Għalkemm nħossu t-telfa tiegħu wara li ħalliena ftit ġimgħat biss qabel dan l-iżvelar, il-viżjoni tiegħu tkompli tgħix permezz ta’ dan ix-xogħol, li jservi ta’ xhieda tal-evoluzzjoni tal-identità artistika ta’ Malta u l-viżjoni ta’ MICAS għall-futur tal-arti kontemporanja,” qalet Dr Portelli.
Din il-kollaborazzjoni tixhed l-impenn ta’ MICAS biex tippreserva l-wirt kontemporanju Malti.

Ix-xogħol aħħari ta’ Ray Pitrè, Figure In Rods, inawgurat fl-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta

Matul dawn l-aħħar-snin, MICAS ħadem mill-qrib ma’ Pitrè mhux biss fuq l-iskultura iżda wkoll biex jiddokumenta bir-reqqa l-proċess kreattiv u l-ħsibijiet tiegħu. “Din id-dokumentazzjoni saret riżorsa prezzjuża għall-ġenerazzjonijiet futuri ta’ artisti u studjużi,” qalet Dr Portelli.
“MICAS tagħraf in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni sistematika tal-arti kontemporanja Maltija u qed tindirizza din l-isfida permezz ta’ inizjattivi bħal MICAS Virtual, li toħloq arkivju aċċessibbli dwar l-arti kontemporanja.”
Dan ix-xogħol ma’ Pitrè għalhekk stabbilixxa mudell għal kollaborazzjonijiet futuri li jenfasizzaw mhux biss il-ħolqien tal-arti iżda wkoll il-preservazzjoni tal-vjaġġ artistiku nnifsu. Mill-ewwel diskussjonijiet sal-installazzjoni finali, il-konversazzjonijiet irrekordjati u d- diskursati tekniċi bejn Pitrè u Austin Camilleri biex il-kunċett ta’ l-artist jinħoloq b’mod awtentiku fil-bronż, b’hekk issa intisġet tapizzerija rikka li tikkuntestwalizza dan ix-xogħol kemm fil-karriera tal-artist kif ukoll fl-iżvilupp artistiku ta’ Malta.
Figure in Rods tfakkarna li kull xogħol tal-arti jirrakkonta stejjer dwar viżjoni personali, tfassil ta’ tifsira, innovazzjoni teknika, u kuntest kulturali. MICAS ikompli jistinka biex dawn l-istejjer jiġu ppreservati, studjati, u kondiviżi ma’ ġenerazzjonijiet futuri, u b’hekk ipoġġi l-arti kontemporanja Maltija fid-djalogu globali,” qalet Dr Portelli.
 

Skip to content