Niki Young lettur tal-Filosofija l-Junior College tal-Università ta’ Malta. L-oqsma ta’ interess tiegħu huma l-filosofija kontinentali tas-seklu 20 u 21, il-fenomenoloġija, l-estetika, id-dekostruzzjoni, kif ukoll forom ġodda ta’ realiżmu ġdid u materjaliżmu. Ikkontribwixxa lil għadd ta’ pubblikazzjonijiet marbuta mal-filosofija u l-arti kontemporanja, bl-aktar reċenti li kienu “Treepresentations: On Images and Things” (2018) u “I Bear this Crest as a Crown of Thorns: A Series of Thoughts on Vince Briffa’s Flowerheads” (2018). Bħalissa huwa konsulent għax-xogħol li se joħroġ ta’ Graham Harman li jfittex li jipprovdi sinteżi u żvilupp elaborati dwar l-ideat proposti mill-awtur fl-aħħar żewġ deċennji. Young studja l-arti ma’ għadd ta’ artisti kontemporanji Maltin prominenti, u kien involut f’diversi proġetti marbuta mal-filosofija u l-arti, bl-aktar wieħed riċenti (Met)afourisms (2018), Spazju Kreattiv (il-Belt Valletta). Ir-riċerka ta’ Young bħalissa tiffoka fuq il-punti ta’ konverġenza u diverġenza bejn ix-xogħol ta’ Graham Harman u ta’ Jacques Derrida. Qabel ma qabad il-karriera tiegħu ta’ lettur ħadem bħala disinjatur grafiku tal-web.
Ritratt bil-permess ta Niki Young.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.

© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024