Minn struttura difensiva għal MICAS: wirja dwar il-ġenesi tal-ispazju Malti għall-arti kontemporanja

Beyond the Bastions se jittraċċa l-istorja tal-Linji tal-Furjana u t-trasformazzjoni tagħhom fl-aktar destinazzjoni kulturali ġdida ta’ Malta, illum d-dar għall-arti kontemporanja

L-istorja tal-fortifikazzjonijiet tal-Furjana li llum jospitaw l-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta, se tkun il-fokus ta’ wirja ġdida u rikka ta’ fotografija u dokumentazzjoni dwar il-ġenesi u l-iżvilupp tal-aktar destinazzjoni kulturali ġdida ta’ Malta – il-MICAS.
Beyond the Bastions tiftaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt, 20 ta’ Awwissu 2025, b’wirja ta’ dokumenti storiċi mill-Arkivji Nazzjonali u l-Biblijoteka, dokumentazzjoni fotografika u awdjoviżiva, pjanijiet u tpinġijiet tas-sit storiku u preżenti, u mudelli tal-MICAS.
Il-wirja, kkurata mill-perit Konrad Buhagiar, se tittella’ fil-gallerija tal-ewwel sular tal-MICAS, u se turi dettalji dwar l-istorja ta’ dan is-sit militari importanti li issa ngħata skop ġdid bħala spazju pubbliku akkoljenti għall-arti kontemporanja Maltija u internazzjonali.
Iċ-chairperson eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat qalet li l-wirja tiċċelebra mhux biss il-konvinzjoni li ispirat istituzzjoni biex tonora l-arti kontemporanja Maltija, iżda wkoll il-viżjoni li l-Floriana Lines jinbidlu fi spazju kreattiv ġdid.
“Dawn il-fortifikazzjonijiet, li darba kienu msawra mil-loġika tad-difiża, kienu qed jibku għal trasformazzjoni fi spazju ta’ possibbiltà kreattiva. Illum il-MICAS prova li n-nazzjonijiet iż-żgħar bħalna nistgħu joħlomu ħolm kbir, u Malta qed tieħu postha, ġustament, fil-konverżazzjoni kulturali internazzjonali.”
Filwaqt li l-ħolqien ta’ mużew tal-arti kontemporanja xieraq minn dejjem xewqa antika għall-komunità artistika Maltija, kien biss fl-2013 li l-Bord ta’ Koordinazzjoni għall-Proġetti Kulturali, ippresedut mis-Sinjura Phyllis Muscat, ta bidu għal-ħolqien tal-aġenzija MICAS. Il-binja bdiet  fl-2018, u fetħet fl-2024 b’wirja kbira mill-artista Portugiża ċċelebrata Joana Vasconcelos.
Il-viċi-ċerpersin tal-MICAS, Dr Georgina Portelli qalet li l-wirja – it-tielet waħda fl-2025 – se tkun ta’ pjaċir għal dawk b’passjoni għall-istorja u l-arkitettura, iżda wkoll għall-pubbliku ġenerali, li se jitgħallmu kif dawn il-ħitan antiki reġgħu ngħataw ħajja ġdida.
“Ħafna mis-siti storiċi ta’ Malta għadhom jew ma ntużawx biżżejjed jew ma ġewx restawrati. Il-bord tal-MICAS kien ħa d-deċiżjoni li s-sit l-antik tal-Ospizio għandu jiġi integrat fil-proġett. Riedna nippreżervaw l-wirt Malti u nsaħħuh, minflok proġett li jiddependi fuq l-ispettaklu ta’ arkittetura bħal dik ta’ Bilbao.”
Dr Portelli se tospita il-MICAS Art Talk ta’ nhar is-Sibt, 20 ta’ Awwissu b’panel ta’ kelliema li ħadmu mill-qrib mal-MICAS fl-iżvilupp tiegħu: dawn jinkludu l-perit tal-IPO Studio, il-Prof. Carlo Terpolilli, il-perit Jean Frendo mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, il-kuratur u l-perit Konrad Buhagiar, u d-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney.
“Id-disinn tal-MICAS jirrikonoxxi l-istorja militari tas-sit. L-Arkata ta’ Barbara, li darba mmarkat il-konfini bejn il-ħitan ffortifikat u l-baħar, illum isservi ta’ tieqa li tgħaqqad il-mużew mal-Port ta’ Marsamxett,” qalet Dr Portelli.
“Carlo Terpolilli u t-tim tiegħu fl-IPO Studio fehmu sewwa l-poeżija ta’ dan il-post. Is-saqaf tal-ħġieġ u l-azzar, u l-galleriji kontemporanji li jħaddnu l-ġebla Maltija antika, ġew integrati fit-terrazzi tar-Ritirata nnifisha. Id-disinn tal-MICAS ippermettielna niżvelaw l-istorja tal-Linja tal-Furjana, fi spazju fejn l-arti kontemporanja tista’ tiffjorixxi.”

Aktar informazzjoni dwar kif iżżur il-MICAS, il-ħinijiet ta’ dħul u l-prezzijiet jinstabu f’Micas.art/zurna

Skip to content