MICAS jippreżenta l-ewwel wirja personali ta’ Reggie Burrows Hodges fl-Ewropa

Bit-titlu Mela, din il-wirja storika fiha aktar minn 30 xogħol ġdid ispirati mir-rilokazzjoni tal-artist lejn Malta, inklużi l-akbar pitturi tiegħu sal-lum

Ikkurata minn Edith Devaney, Direttur Artistiku tal-MICAS

9 Mejju – 30 Awwissu 2026

  • Żviluppata kompletament f’Malta, il-wirja ġġib il-prattika ta’ Hodges fi djalogu dirett mal-pajsaġġ soċjali, storiku u ġeografiku tal-gżira
  • Jinkludi xogħol monumentali u speċifiku għas-sit magħmul fuq l-iskala eżatta ta’ The Beheading of Saint John the Baptist ta’ Caravaggio, bi tweġiba għall-wirt kulturali ta’ Malta
  • Jespandi l-investigazzjonijiet fit-tul ta’ Hodges dwar ix-xogħol, il-memorja u l-esperjenza kollettiva, filwaqt li jinkorpora l-istorja lokali Maltija f’narrattiva umana usa’
  • Il-pittura tinkludi xogħol ibbażat fuq mużika installata fl-ispazji esterni tal-MICAS, ispirat minn siti Neolitiċi madwar Malta u Għawdex
Reggie Burrows Hodges

 

L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta (MICAS) jippreżenta wirja personali ewlenija mill-pittur Afrikan-Amerikan Reggie Burrows Hodges, li timmarka l-ewwel wirja tal-artist fl-Ewropa.

Intitolat Mela, dan jiġbor flimkien xogħol kompletament ġdid maħluq matul iċ-ċaqliq ta’ Hodges lejn Malta fl-2024, ispirat mill-esperjenzi tiegħu fuq il-gżira fejn involva ruħu fil-kultura u l-istorja tagħha. B’aktar minn 30 pittura ġdida mifruxa madwar l-erba’ sulari ewlenin tal-galleriji tal-mużew, inkluż l-akbar kanvas tal-karriera tiegħu, Mela jirrappreżenta l-aktar xogħol ambizzjuż ta’ Hodges sal-lum. Il-wirja hija kkurata minn Edith Devaney, Direttur Artistiku tal-MICAS, u tibda mid-9 ta’ Mejju sat-30 ta’ Awwissu.
Hodges (m. 1965, Compton, California) huwa artist magħruf internazzjonalment għall-użu tiegħu tal-pittura bħala forma qawwija ta’ rakkontar ta’ stejjer viżwali u metafora. Mela – kelma Maltija użata ħafna li tfisser “hekk” jew “tajjeb”, li Hodges osserva bħala kelma li tintuża ta’ spiss qabel il-bidu ta’ espressjoni ta’ ħsieb jew idea – testendi l-esplorazzjoni kontinwa tiegħu tal-identità, il-memorja, ix-xogħol u l-esperjenza kollettiva, u b’hekk il-prattika tiegħu tidħol fi djalogu ġdid mal-kuntest Malti. Il-pitturi ġew żviluppati matul is-soġġorn estiż tal-artist fil-gżira, wara r-rilokazzjoni tal-istudjo tiegħu lejn il-Belt Valletta, u huma ffurmati mill-immersjoni tiegħu fil-pajsaġġ soċjali, storiku u ġeografiku ta’ Malta. Mill-kosta mħattba u t-tradizzjonijiet tal-għaw tan-nisa, sa xeni ta’ xogħol agrikolu u fiżiku, dawn ix-xogħlijiet jinkorporaw l-istorja Maltija lokali fi ħdan l-investigazzjoni usa’ ta’ Hodges dwar id-dinjità tal-bniedem u r-reżiljenza.
Ix-xogħlijiet f’Mela jeżemplaw l-idjoma distintiva tal-pittur ta’ Hodges: oriġinarjament imħarreġ fit-teatru u l-film, ix-xogħol tiegħu iżżzewweġ il-forza narrattiva qawwija tiegħu ma’ kompożizzjoni drammatika. Billi jibda b’saff ta’ żebgħa sewda, Hodges jippermetti li l-figuri u l-ambjenti joħorġu permezz tal-ispazju negattiv, u jċaqlaq l-enfasi lil hinn mir-realiżmu deskrittiv u lejn l-atmosfera, il-ġest u l-preżenza psikoloġika. L-uċuh u l-iġsma spiss ikunu deliberatament indeterminati, u dan jirrifletti l-interess tal-artist fl-ambigwità, ir-relazzjoni li tkun qed  tevolvi bejn in-nies u l-madwar tagħhom, u n-natura tal-memorja. Dan l-approċċ jgħaqqad lil Mela mal-prattika usa’ ta’ Hodges, inklużi l-pitturi magħrufa tiegħu li l-għeruq tagħhom jinsabu fil-memorji ta’ tfulitu f’Compton, bl-isfond tagħhom fir-reżilijenza tal-komunità Sewda, u li nspiraw ruħhom minn influwenzi bħal David Driskell, Alex Katz u Milton Avery.
Fost ix-xogħlijiet ewlenin tal-wirja hemm pittura monumentali maħluqa fuq l-iskala eżatta ta’ The Beheading of Saint John the Baptist, ix-xogħol famuż tal-maħrub Caravaggio li tlestiet f’Malta matul l-eżilju tiegġu, u li tibqa’ l-akbar xogħol u l-uniku xogħol iffirmat tal-artist. Hodges iwieġeb għal dan il-preċedent storiku b’interpretazzjoni mill-ġdid speċifiku għas-sit, f’qafas tal-idjoma viżiva tiegħu stess u ta’ preokkupazzjonijiet kontemporanji. Fl-esebizzjoni, Hodges se jmur lura għas-serje twila tiegħu ta’ arti dwar ix-xoghol – “Labour” – fejn jippreżenta pajsaġġi li jonoraw ir-ritwali ġenerattivi tal-agrikoltura kif ukoll is-sistemi ta’ sfruttar li storikament sostnew il-produzzjoni agrikola. F’Malta, dawn ix-xogħlijiet huma relatati mal-impatt tal-politika dwar l-użu tal-art, is-sussistenza u s-sopravivenza.
Il-kumplament ta’ dawn il-pitturi huma grupp ta’ pajsaġġi tal-baħar ispirati mill-ibħra ta’ Malta u mill-interess kontinwu ta’ Hodges fil-baħar bħala spazju ta’ moviment, migrazzjoni u skambju. Id-dgħajjes, ix-xatt u x-xeni tal-għawm jinsabu tul il-wirja kollha, inklużi rappreżentazzjonijiet ta’ ritwali komunali tal-għawm fost in-nisa li jevokaw kemm prattiki soċjali antiki, kif ukoll forom kontemporanji ta’ appartenenza. Bħala riflessjoni fuq in-nies, il-pajsaġġi u s-saffi tal-istorja li ffurmaw il-proġett, Hodges iddeskriva lil Mela bħala “poeżija għal Malta.”
Bħala tmiem għal din il-wirja ewlenija, Hodges ipprogramma xogħol relatat li huwa ibbażat fuq mużika ispirata minn rakkonti ta’ mużika Neolitika minn ċiviltajiet tal-passat madwar Malta u Għawdex. Abbażi tar-reġistrazzjonijiet minn dawn is-siti antiki, Hodges żviluppa qafas mużikali li jittrasforma dan il-materjal f’esperjenza sensorjali.
Edith Devaney, Direttur Artistiku tal-MICAS u kuratur tal-wirja, ikkummentat: “Kien straordinarju li wieħed josserva kif Reggie immedjatament għaddas rasu f’kull aspett ta’ Malta, biex seta’ jkun jista’ jixrob ’l-pajjiż u l-poplu tiegħu, kif ukoll sa liema punt kien kapaċi jittraduċi dawn l-osservazzjonijiet f’xogħol b’saħħtu u emozzjonali.
Mela tifforma parti mill-programm usa’ tal-MICAS li jesplora l-iskambju transkulturali bejn l-artisti u Malta, filwaqt li jeżamina kif l-istorja distintiva u n-nisġa soċjali tal-gżira jistgħu jaġixxu ta’ katalist għal produzzjoni artistika ġdida. Bir-rikonoxximent internazzjonali dejjem jikber tax-xogħol ta’ Hodges, il-wirja tafferma wkoll il-pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mill-aktar pitturi sinifikanti tal-ġenerazzjoni tiegħu.
Il-wirja se tkun akkumpanjata minn pubblikazzjoni illustrata li tinkludi esej ġdid minn Edith Devaney.

Dwar Reggie Burrows Hodges

Ix-xogħol ta’ Hodges ġie ppreżentat f’wirjiet personali, fost l-oħrajn, f’The Parrish Art Museum, Water Mill, New York (2025); Karma, Los Angeles (2025, 2023); Il-Mużew tal-Arti Moderna ta’ San Francisco (2023–24); Il-Gallerija Addison għal-Arti Amerikana, Andover, Massachusetts (2023); iċ-Ċentru għall-Arti Kontemporanja Maine, Rockland, Maine (2021– 22), Karma, New York (2021), u Dowling Walsh Gallery, Rockland, Maine (2020, 2019). Ix-xogħol tiegħu jinsab fil-kollezzjonijiet pubbliċi tal-Mużew tal-Arti ta’ Ackland fl-Università ta’ North Carolina, Chapel Hill; Gallerija Addison għal-Arti Amerikana, Andover, Massachusetts; Il-Gallerija tal-Arti ta’ New South Wales, Sydney; L-Istitut tal-Arti ta’ Chicago; Il-Mużew tal-Arti ta’ Blanton, Austin; Il-Mużew tal-Arti ta’ Carnegie, Pittsburgh, Pennsylvania; Il-Mużew tal-Arti tal-Kulleġġ Colby, Waterville, Maine; Crystal Bridges Museum of American Art, Bentonville, Arkansas; Il-Mużew tal-Arti ta’ Dallas; Farnsworth Art Museum, Rockland, Maine; Fondation Louis Vuitton, Pariġi; Hammer Museum, Los Angeles; Il-Mużew tal-Arti ta’ Indianapolis, Indiana; Il-Mużew tal-Arti tal-Kontea ta’ Los Angeles; Il-Mużew Metropolitan tal-Arti, New York; Il-Mużew tal-Belle Arti ta’ Montreal; Il-Mużew tal-Arti Kontemporanja, Los Angeles; Il-Mużew tal-Belle Arti ta’ Boston; il-Mużew tal-Arti ta’ Nasher, Durham, North Carolina; Il-Mużew tal-Arti ta’ Portland, Maine; Rose Art Museum fl-Università ta’ Brandeis, Waltham, Massachusetts; Il-Mużew tal-Arti Moderna ta’ San Francisco; il-Mużew ta’ Stedelijk, Amsterdam; Studio Museum ta’ Harlem, New York; Tate Modern, Londra, u l-Mużew Whitney tal-Arti Amerikana, New York.
Imwieled f’Compton, California, ta’ adoloxxent Reggie Burrows Hodges mexa lejn New York u Washington, DC. Huwa attenda l-Università ta’ Kansas, fejn studja fid-dipartiment tat-teatru, ħa kors fl-istudji Afro-Amerikani, u rebaħ borża ta’ studju biex jilgħab it-tennis. Huwa stabbilixxa ruħu fi New York wara li ggradwa, u ffoka fuq il-mużika, fejn waqqaf banda ta’ mużika reggae, Trumystic, li daqqet fuq tours mill-1995 sal-2010, filwaqt li huwa ko-proprjetarju ta’ Bass Mind Recording Studio fi Brooklyn. Barra minn hekk, ħadem bħala kowċ tat-tennis professjonali għall-Assoċjazzjoni tat-Tennis tal-Istati Uniti/International Tennis Federation Pro Circuit. Huwa mar jgħix f’Vermont fl-2000 qabel ma ssetilja f’Maine fl-2008.
Skip to content