Matthew Attard ARtist
Matthew Attard. Photo Credit Sasha Vella

Matthew Attard

27 ta' April 2023

Il-prattika ta’ Matthew Attard tinvestiga l-immaġnijiet bħala kostruzzjonijiet soċjali u kulturali. Matthew huwa partikolarment interessat li jpoġġi l-prattika tiegħu fl-isfera tat-tpenġija kontemporanja permezz ta’ approċċ multimedjali li jenfasizza n-natura versatili, performattiva u temporali tat-tpenġija. Il-proġetti ta’ tpenġija tiegħu jinvolvu wħud minn dawn it-temi u kunċetti: l-estensjoni tal-linja fi ħdan spazji tridimensjonali; it-tqegħid fuq xulxin ta’ perspettivi multipli; id-datafikazzjoni tal-linja; it-tpenġija bit-teknoloġija; in-nozzjoni ta’ li tħares u tara; l-inkorporazzjoni teknoloġiku; is-sovverżjoni tad-data (u aspetti teknoloġiċi oħra); il-konverżazzonijiet soċjopolitiċi; u r-rappreżentazzjoni kontemporanja tagħna nfusna. L-interess tiegħu fil-mekkaniżmi tal-viżjoni – id-dimensjonijiet perċettivi, fiżjoloġiċi u kulturali – huma l-fokus tar-riċerka dottorali bbażata fuq il-prattika fil-Kulleġġ tal-Arti ta’ Edinburgh, l-Università ta’ Edinburgh, iffinanzjata mill-iskema ta’ Boroż ta’ Studju għall-Arti ta’ Malta. Trabba f’Malta, waqt fl-2009 mexa lejn Venezja fejn ikkollabora mal-Kollezzjoni Peggy Guggenheim u l-Paviljun tal-Istati Uniti fil-Biennale ta’ Venezja. Aktar tard, irritorna lejn Malta fejn fl-2018 kiseb Masters permezz ta’ Grad ta’ Riċerka mid-Dipartment tal-Arti Diġitali tal-Università ta’ Malta.

Fl-2014 esebixxa xogħlu għall-ewwel darba f’wirja doppja individwali fil-Galleria Michela Rizzo f’Venezja. Minn dakinhar ’il hawn esebixxa fost oħrajn f’Venezja, Ruma, il-Belt Valletta, Genoa, Londra, Beijing, u Los Angeles. Fl-2017 ġie magħżul għat-tielet edizzjoni tal-Biennale Le Latitudini dell’Arte, fil-Palazzo Ducale, waqt li fl-2018 ingħata l-premju Euromobil ta’ taħt it-tletin sena f’ArteFiera, ta’ Bologna. Intgħażel għal tliet darbiet biex jesebixxi fil-kuntest ta’ Ten Artists to Watch at LACDA, fiċ-Ċentru ta’ Los Angeles għall-Arti Diġitali, u fl-2019 ġie mistieden biex jieħu sehem fl-Artissima Telephone fl-ispazji OGR f’Turin. Riċentament, kien finalista għall-Premju Lumen 2021. Rajt ma rajtx… naf li rajt li ttellgħet fil-Valletta Contemporary fl-2021, ikkurata minn Elyse Tonna, hija l-aktar wirja riċenti ta’ Matthew.

Riċentament ġie kkummissjonat ix-xogħol Here’s How I Did Not See What You Wanted Me To See bħala parti mir-residenza diġitali OPEN fi Blitz, il-Belt Valletta, ikkurata minn Sara Dolfi Agostini.

Ritatt ħajr Sasha Vella

Sign up for
our Newsletter

No spam included.