Luke Azzopardi

14 ta' Settembru 2022

L-istudio tal-istilista Malti Luke Azzopardi (t. 1992) jiffoka fuq l-idea tal-eleganza eterna li ġejja mill-isfond akkademiku tad-direttur kreattiv fl-istorja tal-kostumi. Il-metodoloġija ta’ Luke Azzopardi, li tgħaqqad elementi viżivi qawwija, riċerka akkademika u disinn artiġjanali, hija dik li tiddistingwi x-xogħol tiegħu bħala wieħed mill-aqwa artisti tal-moda f’Malta. Dan jissarraf fl-ethos tal-maison, atelier awtosostenibbli li jħaddan il-moda u s-sbuħija bbażati fuq il-kunċett. In-natura tax-xogħol tal-marka ta’ Azzopardi tħares lejn il-moda bħala oġġett tal-arti. Il-prodotti li jintlibsu huma ppreżentati bħala riżultati ta’ investigazzjonijiet fl-istorja tal-arti, u l-avvenimenti tal-istudios huma ddisinjati bħala esperjenzi kulturali immersivi. 

L-offerta tal-istudio Luke Azzopardi dejjem kienet kurjuża dwar in-natura tal-oġġett tal-arti, u kif meta dan jitlaqqa’ mal-moda, jgħix permezz tal-udjenza tiegħu. In-natura tagħha bħala oġġett li jintlibes tiġġenera opportunità parteċipattiva biex l-udjenza tal-marka tal-ħwejjeġ tkun parti min-natura investigattiva ta’ kull kollezzjoni. Dan ħoloq ġeneru li huwa uniku għall-istudio fil-pajsaġġ kulturali lokali, u li ġab l-akklamazzjoni kritika għall-marka sa mill- bidu tagħha.

L-oqsma mlaqqgħin tal-moda u t-tiswir tal-arti spiss jidħlu f’temi konfessjonali tal-bini tal-identità, ir-riti kulturali, u r-ritwali storiċi, u minnhom joħorġu narrattivi friski ġodda li bihom jistgħu jintlaħqu l-udjenzi. L-avvenimenti immersivi jimmassimizzaw fuq in-narrattivi ta’ kull spazju u jikkontribwixxu għall-istejjer kumplessi magħmula minn diversi saffi li jsiru parti minnhom. In-natura multi-medjatika tax-xogħol tal-istudio ħolqot stqarrijiet kontemporanji lil hinn mit-tendenzi konsumabbli u kummerċjali tad-dinja tal-moda, lejn il-potenzjalitajiet kumplessi u l-għadd ta’ saffi ta’ tifsir tal-oġġett tal-arti.

Ritratt bil-korteżija ta Luke Azzopardi.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.