Katya Micallef

Katya Micallef, Kuratriċi tal-Arti Moderna u Kontemporanja l-MUŻA, Heritage Malta, bħalissa qed taħdem fuq dottorat dwar l-Arti Kontemporanja f’Malta mal-Università ta’ Kingston, Londra. Il-lawrija tal-Master’s fl-Istorja tal-Arti għamlitha taħt it-tutorat tal-Prof. J.P. Cassar. Għall-Baċellerat tal-Arti, għamlet riċerka dwar Victor Pasmore li mbagħad kellha tkun il-bażi għal pubblikazzjoni ta’ Heritage Malta. L-ispeċjalizzazzjoni tagħha hija l-arti viżiva minn wara l-1945 sal-lum, u kkontribwiet għal għadd ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka. Tagħti lectures l-Università ta’ Malta u kellha l-kariga ta’ lettur anzjan fl-Istitut tal-Arti u d-Design tal-MCAST. 

Share

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content