Katalgu MICAS-Skira tal-ogħla livell ta’ Reggie Burrows Hodges: Mela, l-ewwel wirja Ewropea tal-artist

Ir-raba’ pubblikazzjoni MICAS-Skira ta’ aktar minn 30 xogħol ġdid maħluqa f’Malta minn Reggie Burrows Hodges, inklużi l-akbar tieli li qatt ipproduċa

L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta (MICAS) ħabbar il-pubblikazzjoni tal-katalogu għal Reggie Burrows Hodges: Mela, il-wirja ta’ xogħol ġdid mill-pittur magħruf internazzjonalment Reggie Burrows Hodges (t. 1965, Compton, California).
Ippubblikat ma’ Skira ta’ Milan, il-katalogu huwa r-raba’ kollaborazzjoni bejn il-MICAS u l-pubblikatur ewlieni tal-arti Taljan, u jinsab għall-bejgħ esklussivament f’Malta fil-ħanut tal-MICAS.
Mela timmarka l-ewwel wirja ta’ Hodges fl-Ewropa u tiddokumenta ġabra kompletament ġdida ta’ xogħol prodott matul soġġorn estiż tiegħu f’Malta fl-2024. B’aktar minn 30 pittura – inklużi l-akbar xogħol li qatt ħoloq fil-karriera tiegħu – il-wirja u l-katalgu tagħha jirreġistraw dan l-impenn sostnut tiegħu mal-kultura, il-pajsaġġ u l-istorja tal-gżira. It-titlu jieħu ismu minn kelma li Hodges ltaqa’ magħha ripetutament tul żmienu f’Malta u fil-ħajja ta’ kuljum: “mela”, użata b’mod wiesa’ biex tfisser “hekk” jew “tajjeb”, u tipikament qabel l-espressjoni ta’ xi ħsieb jew idea.
Il-qofol tal-esebizzjoni waħedha tħabbar l-ambizzjoni tal-artist: Mamajamma, xogħol kolossali ftit itwal minn 4.5 metri u wiesgħa aktar minn 8 metri, hija risposta ta’ Hodges għal Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista ta’ Caravaggio, pittura li Hodges iltaqa’ magħha fl-ewwel ftit jiem tal-wasla tiegħu f’Malta – pittura li kienet tassew deċiżiva.
Kif tinnota Edith Devaney, id-Direttur Artistiku tal-MICAS u kuratriċi tal-wirja, Hodges jiċċentra xogħolu fl-istess kuntrast għoli bejn dawl u dlam biex minnufih joħloq konnessjoni leġġibbli ma’ Caravaggio: għalhekk xogħolu huwa wkoll omaġġ lejn dan il-ġgant tal-Barokk.
“L-istorja ta’ kif bdiet varajna din l-esebizzjoni hija fiha nnifisha storja ta’ fiduċja istituzzjonali u impenn personali. Meta Hodges aċċetta li jaħdem mal-MICAS, il-mużew kien għadu qed jinbena u lanqas ma kienu lesti s-swali. Bħal bosta artisti oħra li impenjaw ruħhom għal dan il-programm bikri, il-parteċipazzjoni tiegħu kienet teħtieġ fidi pjuttost qalbiena,” qalet Devaney.
Ix-xogħlijiet ta’ Hodges jibdew fuq tiela kollha żebgħa sewda li minnha l-artist jibda jżiegħel il-figuri u l-ambjent permezz tal-ispazju negattiv, biex minflok realiżmu deskrittiv tingħata l-importanza lill-atmosfera, l-ġest u l-preżenza psikoloġika. F’Mela, dan il-metodu jinġieb fi djalogu mal-kuntest Malti, biex jestendi l-esplorazzjoni kontinwa tiegħu tal-identità, il-memorja, ix-xogħol u l-esperjenza kollettiva.
Il-pubblikazzjoni Reggie Burrows Hodges: Mela hija kontinwazzjoni tal-programm editorjali dejjem jikber tal-MICAS fi sħubija ma’ Skira. Pubblikazzjonijiet konġunti preċedenti jinkludu l-katalogi Milton Avery: Colour, Form & Composition; Joana Vasconcelos: Transcending the Domestic; u The Space We Inhabit.
Reggie Burrows Hodges: Mela tibqa’ sejra sat-30 ta’ Awwissu, u timmarka l-ewwel wirja personali tal-artist fl-Ewropa.

Il-katalgu huwa disponibbli fil-ħanut tar-rigali tal-MICAS, bi prezz ta’ €69.50.

Skip to content