Il-Weekend Internazzjonali Tal-Arti Tal-MICAS 2021: Taħdita Ma’ Cristina Iglesias | Vox Pop

Waqt il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS 2021, inkixef l-akkwist il-ġdid tal-MICAS, ix-xogħol speċjalment ikkummissjonat Sea Cave (Entrance), mill-artista magħrufa internazzjonalment Cristina Iglesias. Sea Cave (Entrance) huwa xogħol speċifiku għas-sit b’elementi skulturali tal-bronż u sekwenzi tal-ilma li jiġbdu l-għajn u jinvolvu l-perċezzjoni ta’ min jaraha. Tiżvela ftuħ immaġinarju għal spazju taħt l-art li jesplora ġeoloġiji moħbija, interkonnessjonijiet u l-mogħdija taż-żmien. Dan ix-xogħol intriganti u kontemplattiv qed jintwera fil-ġnien storiku ta’ Hastings il-Belt Valletta, u eventwalment se jiġi rilokat għall-Ġnien tal-Iskultura tal-MICAS fil-Kontrogwardja ta’ San Salvatore li tagħti fuq il-Port ta’ Marsamxett. 

Bħala artista prolifika, ix-xogħol ta’ Cristina Iglesias ivarja minn padiljuni mdendlin, panewijiet maħduma bħala kannizzata, passaġġi u labrinti, u funtani orizzontali sa ħitan minfuda b’testi u forom strutturali u veġetattivi. Xogħol li jista’ jinstab sew fil-qalba tal-ibliet sew fuq gżejjer remoti madwar id-dinja kollha, u li joffri lil min jarah opportunitajiet għal esperjenzi kontemplattivi. Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS 2021 ipprovda wkoll opportunità għall-udjenza tal-MICAS u l-pubbliku ġenerali biex jiltaqgħu mal-artista personalment u jisimgħuha titkellem dwar xogħolha. It-taħdita ‘In Conversation with Cristina Iglesias’ ġiet immoderata mill-kuratriċi internazzjonali Edith Devaney u saret il-MUŻA, il-Belt Valletta fis-16 ta’ Ottubru 2021. 

Aktar informazzjoni hawnhekk.

Share

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content