Idris Khan

Idris Khan twieled f’Birmingham fl-1978. Ġab il-Master’s mir-Royal College of Art, u jgħix u jaħdem Londra. Il-wirja tal-karriera Idris Khan: A World Within saret f’The New Art Gallery Walsall fi Frar 2017, bi preżentazzjonijiet solo ta’ xogħol l-artist li qabel kienu ttellgħu f’siti nazzjonali u internazzjonali, fosthom Whitworth Gallery, University of Manchester (2016 – 2017 u 2012); Sadler’s Wells, Londra (2011); Gothenburg Konsthall, l-Iżveżja(2011); Museum of Contemporary Canadian Art, Toronto (2010); Kunsthaus Murz, Murzzuschlag, l-Awstrija (2010) u K20, Düsseldorf (2008). Xogħlu ġie wkoll inkluż f’wirjiet ta’ grupp in-National Gallery of Art, Washington (2015); Bass Museum of Art, Miami (2014 – 2015); Tel Aviv Museum of Art (2014); Jeu de Paume, Pariġi (2013); Museum of Contemporary Art, Jacksonville, Florida (2013); The British Museum, Londra (2012); National Museum of Contemporary Art, Oslo (2012); Fundament Foundation, Tilburg (2011); Solomon R. Guggenheim Museum, New York (2010); u Martin-Gropius Bau, Berlin (2009).  

Il-kummissjonijiet tiegħu jinkludu tpinġija murali għall-British Museum fl-2012 għall-wirja Hajj: Journey to the Heart of Islam. Minbarra dan, l-installazzjoni monumentali ta’ Khan ta’ mal-art Seven Times, tqiegħdet fil-Great Court tal-mużew. Fl-2012 ukoll, The New York Times Magazine ikkummissjonat lil Khan joħloq xogħol ġdid għall-ħarġa Londiniża tagħha. Din il-ħarġa ffukat fuq il-binjiet u l-istrutturi l-aktar ikoniċi tal-kapitali, u fuq il-qoxra tqiegħdet i-xbiha ta’ Khan tal-London Eye. Il-kummissjoni ewlenija ta’ Khan għal momument pubbliku permanenti, bħala l-qalba tal-Park Memorjali l-ġdid f’Abu Dhabi, nkixfet għal-Jum il-Kommemorazzjoni tal-Emirati Għarab Magħquda f’Novembru 2016. Fl-207, dan ix-xogħol rċieva l-American Architecture Prize.  

Ix-xogħol ta’ Khan 21 Stones bħalissa muri fl-Albukhary Foundation Islamic Gallery, li nfetħet dan l-aħħar fil-British Museum ta’ Londra. 21 Stones hija l-ewwel opra tal-British Museum li hija speċifika għas-sit.  

Is-sena li għaddiet, inkixfet skultura pubblika ġdida għal Londra minn Khan, ikkummissjonata minn St George’s plc flimkiem London Borough of Southwark bħala parti mill-iżvilupp ta’ One Blackfriars.  

Idris Khan ingħata l-OBE għas-servizzi lill-arti fil-Lista tal-Unuri għal Jum Twelid ir-Reġina fl-2017.  

Ritratt bil-permess ta Idris Khan.

Share

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content