Bi pjaċir, il-MICAS iħabbar li se jikxef għall-ewwel darba l-aħħar xogħol tal-artist viżjonarju Malti Ray Pitrè, Figure in Rods. Il-MICAS ikkonsulta mill-qrib dwar ir-rendiment fil-bronż ta’ dan ix-xogħol artistiku u t-tqegħid permanenti tiegħu fil-kampus tal-mużew. Bħala MICAS kuntenti li onorajna b’eżattezza x-xewqat tal- artistf’rigward ir-realizzazzjoni u l-pożizzjonar ta’ dan ix-xogħol artistiku. L-uniku dispjaċir tagħna huwa li Pitrè ma għexx biżżejjed biex jara b’għajnejh l-inawgurazzjoni ta’ xogħlu. Għall-viżitaturi tal-MICAS, dan ix-xogħol artistiku mqanqal, u li jiġbor ġo fih abbiltà unika biex tesplora temi psikoloġiċi u emozzjonali, se jkun tfakkira kostanti u testment ħaj tal-kisba ta’ Pitrè.
Oriġinata minn assemblaġġ ta’ materjalità diversa u konċeputa għall-ewwel darba fl-1969, waqt waħda mill-isplużjonijiet ta’ żvilupp ta’ bini l-aktar aggressivi f’Malta, Figure in Rods hija esplorazzjoni qawwija ta’ konfinament psikoloġiku. Bħala wieħed mill-ewwel esponenti Maltin tal-Arte Povera, il-moviment artistiku li oriġina fl-Italja fis-sittinijiet tas-seklu għoxrin, Pitrè kien magħruf li jmur ifittex fuq is-siti ta’ bini, u jiġbor il-vireg tal-metall u skart ieħor biex mbagħad jagħtihom għan ġdid fil-kreazzjonijiet tiegħu. L-artist ta’ spiss irrifletta fuq in-natura tan-nasba ristrettiva li toħloq l-urbanizzazzjoni, li hija kwistjoni relevantissima għas-soċjetà kontemporanja.
Ix-xogħol huwa karatterizzata b’figura solitarja mpoġġija qalb densità qawwija ta’ vireg weqfin, fejn il-preżenza ta’ din il- figura tiġi tżvelata jew moħbija hekk kif li l-viżitaturi jduru madwarha. Figure in Rods huwa xogħol li jagħti eżempju tal-proċess artistiku profondament introspettiv ta’ Pitrè, ibbażat f’memorja awtobijografika u l-ispazji liminali tal-esperjenza umana. Permezz ta’ assemblaġġ kumpless ta’ vireg tal-ħadid, l-artist ibiddel il-figura umana fi preżenza elużiva li tissuġġerixxi simultanjament eżistenza u assenza. Il-vireg wieqfa simili għal sentinelli silenzjużi, iqanqlu sens ta’ iżolament udiskonnessjoni, simbolu tal-barrieri inviżibbli li jħabblu l-moħħ uman.
B’manipulazzjoni ta’ spazji negattivi u pożittivi, Pitrè joħloq esperjenza viżwali dinamika li fiha l-iskultura titbandal bejn materjalità u eterealità. Ir-rendiment fil-bronż jippermetti d-dawl u d-dell jilagħbu fuq ix-xena surreali b’saffi multipli, jistieden lill-viżitaturi biex jinvolvu ruħhom fir-relazzjonijiet kumplessi bejn il-forma, il-perċezzjoni, u r-restrizzjoni psikoloġika.
Permezz ta’ Figure in Rods, Pitrè jistieden riflessjoni profonda dwar il-fruntieri fraġli tal-identità u l-ġlieda għas-sejba taċ-ċarezza fost l-oskurità. Ix-xogħol jaqbad stati emozzjonali intensi meħuda mill-kontinwu tal-esperjenza umana, li jservi bħala testment tal-viżjoni artistika dejjiematal-artist.
Wirja temporanja, ikkurata minn Joseph Paul Cassar, storiku Malti tal-arti bbażat Washington, u espert ewlieni tal-arti Maltija moderna u kontemporanja, se titnieda flimkien mal-inawgurazzjoni tal-iskultura, u se tinterroga aktar l-iżvilupp ta’ dan il-kunċett fil-prattika ta’ Pitrè.
Il-kummissjonar u t-tqegħid permanenti ta’ Figure in Rods jiċċelebraw kemm il-legat artistiku ta’ wieħed mill-aqwa artisti Maltin kif ukoll jenfasizzaw il-missjoni tal-MICAS biex jiżgura li Malta ssir parteċipant attiv fl-arti kontemporanja fuq stadju dinji, waqt li jlaqqa’ lill-arti u l-artisti Maltin f’konverżazzjoni mal-komunità artistika internazzjonali.