L-Open Weekend tal-MICAS huwa ċelebrazzjoni ħajja li tlaqqa’ l-arti, l-istorja, in-natura, u l-logħob. Dan kollu huwa mfassal b’mod li jippermetti lill-viżitaturi ta’ kull età japprezzaw il-kampus storiku uniku u l-ispazji ta’ barra tal-mużew. Matul il-jumejn, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’tours arkittetoniċi u storiċi ma’ gwida. Se jkunu jistgħu wkoll jinvolvu ruħhom f’attivitajiet kreattivi u edukattivi, kif ukoll ispirati min-natura. It-tfal se jkollhom esperjenzi prattiċi lesti għalihom. Dawn kollha se jittellgħu fil-ġonna u ż-żoni ta’barra tal-mużew.
Dan l-avveniment jirrifletti l-impenn tal-MICAS għall-komunità, it-tagħlim permezz tal-kreattività, u esperjenzi kulturali inklużivi. Huwa weekend li se joffri xi ħaġasinifikanti lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji.
21 – 22 Novembru 2026
10:00 – 17:00


