MICAS – MIXJA TAL-ARTI: EXOMIND
(DEEP WATER) ta’ PIERRE HUYGHE

ma’ Ruth Bianco, Ray Sciberras u Denise Camilleri

13 ta' Ottubru 2019

Share this page

Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS), f’kollaborazzjoni mas-Serpentine Galleries ta’ Londra, bi pjaċir kbir jippreżentaw il-wirja Exomind (Deep Water) tal-artist rivoluzzjonarju Pierre Huyghe. L-opra Exomind (Deep Water) qiegħda fl-ekosistema dinamika ta’ Wied il -Luq, il-Buskett, u tinsab bejn il-kontinwità u s-separazzjoni ta’ sistemi interkonnessi. Tinkludi skultura ta’ mara mogħmija qiegħda kokka, xehda ħajja, u sett ta’ skambji mal-flora u l-fawna ta’ madwarha.

Nhar il-Ħadd filgħodu t-13 ta’ Ottubru, id-direttriċi artistika tal-MICAS Ruth Bianco  se tmexxi tour ta’ Exomind (Deep Water) ta’ Pierre Huyghe akkumpanjata mit-tim ta’ Golden Island, in-naħħala Ray Sciberras u Denise Camilleri. Jekk trid tingħaqad magħna u sssir taf aktar dwar il-wirja dinamika ta’ Pierre Huyghe, nistednuk tirreġistra bla ħlas billi tibgħat email lil info@micas.art. Jekk jogħġbok inkludi ismek, kunjomok u n-numru tal-mobile fl-email tar-reġistrazzjoni. Għal kull mistoqsija, jekk joġħġbok ċempel fuq 21242183.

Post: Wied il-Luq, Buskett, limiti tas-Siġġiewi.

Ħin: 10.30 AM – 11.30 AM.

Niltaqgħu taħt it-tinda fejn il-parkeġġ fl-10.15 AM.



Il-Mixja tal-Arti tal-MICAS tiddependi mit-temp ta’ dakinhar, u jaf ikollha tkun posposta jew imħassra jekk ikun maltemp. Ta’ min wieħed jiġi liebes żarbun komdu.  

Il-Mixja tal-Arti tal-MICAS tifforma parti mill-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS, u qed tiġi organizzata bl-appoġġ tal-Air Malta, Heritage Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmuil-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, u d-Direttorat tar-Restawr, l-ERA, Ambjent Malta, il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.