Il-MICAS fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: il-mużew fil-kotba u ħafna aktar
Il-MICAS, fl-ewwel dehra tiegħu fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li se jittella’ bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru, se jwassal tliet taħditiet u workshop tal-printmaking
Il-MICAS – il-Malta International Contemporary Art Space – se jieħu sehem fis-47 edizzjonital-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fiċ-Ċentrugħall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), f’Ta’ Qali, bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru 2026.
Matul l-aħħar tlett ijiem tal-festival, il-MICAS se jippreżenta tliet taħditiet u tliet sessjonijietta’ workshops prattiċi tal-printmaking.
Il-programm tal-MICAS jinkludi preżentazzjoni tal-aħħar katalgu artistiku tiegħu, A New Life Force, ippubblikat mid-dar tal-pubblikazzjoni artistika globali, Skira Editore. Tabilħaqq, meta wirja tagħlaq u staġun ta’ wirjiet jispiċċa u jibda ieħor, huma l-pubblikazzjonijiet li jibqgħu – għalhekk kull sessjoni tal-MICAS fil-festival se tittratta waħda minn dawn il-pubblikazzjonijiet li tiddokumenta parti mill-istorja: is-sit ta’ patrimonju li bħalissa din l istituzzjoni qed tokkupa; il-katalgu tal-wirja miftuħa bħalissa; u l-katalgi li nħarġu matul il-programmi tal-wirjiet sa issa.
Id-dħul għall-festival u kull avveniment huma b’xejn.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru, 5-6pm fis-Sala tal-Kittieba – bl-Ingliż
Spatial Relations: Temporal Layering at MICAS – Heritage, Architecture, and Contemporary Art
L-ewwel taħdita se tittraċċa l-vjaġġ storiku u arkitettoniku li fih parti mill-partimonju mibni ta’ Malta ġie ġġenerat bħala gallariji għall-arti kontemporanja. Il-MICAS jokkupa l-kumpless tal-Ospizio, sit irrestawrat tas-seklu 17 fi ħdan is-swar tal-Furjana, u l-preżentazzjoni tiddokumenta l-proċess li wassal ’il dan is-sit għall-użu tiegħu preżenti. It-taħdita tislet minn kontribuzzjonijiet ewlenin li dehru f’MICAS: Malta International Contemporary Art Space, ippubblikat minn Electa fl-2025.
Is-Sibt 7 ta’ Novembru, 10-11am fl-Ateltier – bl-Ingliż
‘A New Life Force’: Urgency and Vitality in Contemporary Painting
Din it-taħdita marbuta mal-ftuħ ta’ A New Life Force, il-wirja l-aktar reċenti tal-MICAS, u tippreżenta l-katalgu assoċjat magħha waqt li toffri għarfien dwar it-tliet artisti mistiedna u xogħolhom.
A New Life Force, ikkurata minn Edith Devaney, id-Direttriċi Artistika tal-MICAS, tlaqqa’ lill-pitturi Nathanaëlle Herbelin, Kemi Onabulé u Megan Rooney. Din il-wirja se tibqa’ miftuħa l-MICAS sal-31 ta’ Jannar 2027, u l-katalgu tagħha ġie ppubblikat flimkien ma’ Skira.
Is-Sibt 8 ta’ Novembru, 10-11am f’Is-Sala tal-Qarrejja – Bl-Ingliż u l-Malti
Curatoral Disruption: Exhibtions at MICAS – Two Years On / Tfixkil Kuratorjali: Wirjiet fil-MICAS – Sentejn Wara
Sentejn wara l-ftuħ tal-MICAS fl-2024, din it-taħdita tħares lura lejn il-wirjiet li l-istituzzjoni pproponiet, u kif jiġu żviluppati l-katalgi tal-wirjiet tagħha biex jiddokumentaw wirjiet li fin-natura tagħhom huma temporanji.
Is-Sibt 7 ta’ Novembru, 12-2pm, il-Ħadd 8 Novembru, 10am-12pm, il-Ħadd 8 ta’ Novembru, 1-3pm fl–Atelier – bl-Ingliż
Marks, Patterns & Prints – workshop tal-printing
Għaddej b’mod parallel mat-taħditiet, Marks, Patterns & Prints jistieden lill-parteċipanti biex jesperimentaw b’tekniċi sempliċi tal-printmaking biex joħolqu u jippersonalizzaw markapaġna personali biex jeħduha d-dar.
| Data | Il-Ħin | L-Avveniment | Is-Sala |
| Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru | 5-6pm | Spatial Relations: Temporal Layering at MICAS (taħdita, bl-Ingliż) | Is-Sala tal-Kittieba |
| Is-Sibt 7 ta’ Novembru | 10-11am | ‘A New Life Force’: Urgency and Vitality in Contemporary Painting (taħdita, bl-Ingliż) | Atelier |
| Is-Sibt 7 ta’ Novembru | 12-2pm | Marks, Patterns & Prints(workshop, bl-Ingliż) | Atelier |
| Il-Ħadd 8 ta’ Novembru | 10-11am | Curatorial Disruption: Exhibitions at MICAS – Two Years On / Tfixkil Kuratorjali: Wirjiet fil-MICAS – SentejnWara (taħdita, bl-Ingliż u l-Malti) | Is-Sala tal-Qarrejja |
| Il-Ħadd 8 ta’ Novembru | 10am-12pm | Marks, Patterns & Prints(workshop, bl-Ingliż) | Atelier |
| Il-Ħadd 8 ta’ Novembru | 1-3pm | Marks, Patterns & Prints(workshop, bl-Ingliż) | Atelier |
Il-Ħinijiet ta’ Ftuħ
Malta Book Festival 2026: Malta Fair and Conventions Centre (MFCC), Ta’ Qali, 4–8 November
L-Erbgħa 4 ta’ Novembru, 9am – 9pm
Il-Ħamis 5 ta’ Novembru u l-Ġimgħa 6 ta’ Novembru, 9 am – 1pm u 5 – 9pm
Is-Sibt 7 ta’ Novembru, 9am – 9pm
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru, 9 am – 8pm
Id-dħul għall-festival u għal kull avveniment huwa b’xejn. Il-programm sħiħ jinsab fuq ktieb.org.mt.


