Anton Grech twieled Malta fl-1965. Studja fl-Iskola tal-Arti ta Malta, fl-Accademia di Belle Arti di Firenze, l-Italja u fKunstakademie Düsseldorf, il-Ġermanja. Grech kien membru tal-istaff akkademiku artistiku ta Kunstakademie u kkollabora ma diversi artisti Ġermaniżi ewlenin. Grech jgħallem fl-Iskola tal-Arti ta Malta u l-Università ta Malta. Huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Arti Viżiva fi ħdan il-Fakultà għall-Ambjent Mibni tal-Università ta Malta.
Grech huwa membru fundatur tal-għaqdiet tal-artisti START u WARTI.
Grech esebixxa kemm Malta kif ukoll lil hinn. Wirjiet personali jinkludu: Argos, skultura pubblika għall-Waterfront tal-Kottonera (2008); Anton Grech Drawings, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt Valletta (2005-2006); Anton Grech, Konrad Adenauer-Stiftung, Berlin, il-Ġermanja; Anton Grech, Pittura, il-Palazz Vilhena, l-Imdina (2001); u Anton Grech, Malerei, Ballhaus, Düsseldorf (1999).
Wirjiet fesebizzjonijiet kollettivi jinkludu: Inalia5 Tigne Gallery (2017-2019); Collective, Iniala5 Gallery, il-Belt Valletta (2017); SCENT, il-Kavallier ta San Ġakbu, il-Belt Valletta (2008); Maltese Abstract Paintings from the National Museum of Fine Arts, il-Belt Valletta (2007); blitz, wirja kollettiva tal-għaqda START, il-Birgu (2005); Six Generations of Maltese Artists, il-Valletta Waterfront (2005); borders, wirja tal-grupp START, l-Imħażen ta Pinto Stores, il-Belt Valletta (2003); Via, wirja ma Savio Deguara, il-Kappella tal-Università, l-Imsida (2002); cityspaces, wirja tal-għaqda START, il-Belt Valletta (2002); Crossroads of Civilisations, il-Kwartieri Ewropej tan-Nazzjonijiet Uniti, Ġinevra, l-Iżvizzera (2001); Art in Malta today, l-ewwel wirja kollettiva fil-Kavallier ta San Ġakbu, il-Belt Valletta (2000).
Grech irrappreżenta lil Malta fi Dialogue with Emperor Qins Warriors, wirja internazzjonali ta skultura fkollaborazzjoni ma Qu Art Brussels u Inspiring Culture, Brussell bwirjiet fXian, il-Mużew Nazzjonali, iċ-Ċina (2011/12), il-Mużew tal-Arti ta Hubei, iċ-Ċina (2012); il-Mużew ta Skultura tal-Park ta Chaungchun , iċ-Ċina (2012); il-Mużew tal-Arti ta Fuzhou, iċ-Ċina (2012); il-Mużew tal-Arti ta Zhongshan Art, iċ-Ċina (2013); is-Sala tal-Arti ta Tallinn, l-Estonja (2013); id-Dar-Mużew ta Aleksandre Chavchavadze fi Tsinandali, il-Ġeorġja (2013); il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali u x-Xjenza, Lisbona, il-Portugall (2014); il-Muzew Nazzjonali tal-Bidwi Rumen, Sofia, il-Bulgarija (2014); l-Ispazju tal-Arti Industriaha, il-Bulgarija (2014); Here East, l-Università ta Loughborough, Londra, il-kampus postgradwatorju, il-Park Olimpiku tar-Reġina Eliżabetta, Londra, ir-Renju Unit (2016); Summerhall Galeries, l-Istitut ta Konfuċju għall-Iskozja – l-Università ta Edinburgh, ir-Renju Unit, (Ġunju 2017); l-Atrium Solvay, l-Université Libre De Bruxelles ULB, il-Belġju (Settembru 2017); il-Port House ta Zaha Hadid, il-Port ta Antwerp, il-Belġju (Diċembru 2017).
Grech ikkura wirjiet ta artisti Maltin emerġenti fosthom: Defying Complacency, wirja fotografika, Malta Design Week (2014); I draw, Bank of Valletta (2012); OUTOFPRINT, il-Berġa tal-Italja, il-Belt Valletta (2007).
Ritratt ħajr lil Anton Grech
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024