Anthony Bonanno
10 ta' Ottubru 2022
Anthony Bonanno, BA (Hons) (Melit), D Lett (Palermo), PhD (Lond), FSA, huwa Professur tal-Arkeoloġija fl-Università ta’ Malta fi ħdan id-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija. Għal sittax-il sena serva bħala Kap tal-istess dipartiment.
Ilu mill-1971 jillekċerja fl-Arkeoloġija u l-Klassiċi fl-Università ta’ Malta u għamel żjarat ta’ tagħlim f’diversi universitajiet fl-Ewropa, fl-Afrika u fl-Istati Uniti.
Organizza tliet konferenzi internazzjonali fl-1985, l-1988 u l-2007 u editja l-proċedimenti tagħhom. Huwa l-awtur ta’ bosta pubblikazzjonijiet dwar l-arkeoloġija Maltija, b’interess speċjali fl-arti preistorika u Rumana.
Serva fuq diversi bordijiet u kumitati nazzjonali u akkademiċi, kif ukoll bħala President ta’ Din l-Art Ħelwa u s-Soċjetà Arkeoloġika Malta.
Issa jinsab fil-proċess li jikkompila Katalgu onlajn ta’ Skultura Klassika fil-kollezzjonijiet nazzjonali ta’ Malta.