Servizz ta' Kiosk tal-Kafè Mobbli

Espressjoni ta' Interess

 

Pubblikazzjoni tal-offerti sottomessi – MICAS/EOI/1/2025

  1. Coffee Circus
  2. Caffe Connect

MICAS/EOI/001/2026:

Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal Servizz ta’ Kiosk talIkel matul il-Weekend Miftuħ talMalta International Contemporary Art Space (MICAS).

 

L-Isfond

 

Il-Malta International Contemporary Art Space (MICAS) irid isaħħaħ l-infrastruttura kulturali ta’ Malta billi jipprovdi pjattaforma għall-arti kontemporanja u l-internazzjonalizzazzjoni. Malta se tkun qed tieħu pass importanti ’l quddiem permezz ta’ dan l-ispazju, u se ssir protagonista proattiva tad-dinja tal-arti kontemporanja.

Il-MICAS mhuwiex biss vetrina għall-artisti kontemporanji lokali imma wkoll jingaġġa ma’ istituzzjonijiet internazzjonali biex jippreżenta xogħlijiet innovattivi ta’ artisti rinomati minn madwar id-dinja.

Il-MICAS għandu l-għan li jenerġizza pożittivament l-ekoloġija kulturali ta’ Malta u jħalli impatt fuq ir-reġjun Ewro-Mediterranju li huwa jgħix fih. Il-missjoni tal-MICAS hija li jippromwovi l-arti kontemporanja billi joħloq kuxjenza pubblika lejn is-sinifikat tal-arti viżiva fuq il-ħajja kontemporanja, u billi jpoġġi fuq quddiem nett il-mod kif l-arti u l-artisti jikkontribwixxu għal kif niżnu u ninterpretaw id-dinja li ngħixu fiha.

Il-MICAS huwa proġett ta’ legat infrastrutturali mill-Gvern ta’ Malta għas-settur tal-Kultura u l-Arti.

 

L-Intenzjoni

Provvediment ta’ ikel u xorb matul il-Weekend Miftuħ tal-MICAS.

 

Deskrizzjoni

Il-fornitur tas-servizz se jkun qed jopera mis-sit tal-MICAS f “Ospizio Complex”, Bieb il-Pulverista, Triq Joseph J Mangion, il-Furjana. Is-servizz għandu jingħata għal jumejn konsekuttivi bejn is-7 u t-8 ta’ Marzu matul il-Weekend Miftuħ tal-MICAS.

Il-fornitur tas-servizz għandu jkun indipendenti għalkollox minn kwalunkwe fornitur jew fornitur tas-servizz u għandu jaġixxi biss fl-interessi tal-klijenti u fl-insegwiment tal-objettivi tad-dokumentazzjoni tal-MICAS.

 

Il-Lista ta’ Obbligazzjonijiet mill-Kuntrattur:

 

1. Pagamenti

 

Il-fornitur tas-servizz mhux mistenni li jħallas kera lill-MICAS jiġifieri, l-offerent rakkomandat se jkun qed jokkupa ż-żona indikata u jipprovdi s-servizz mingħajr ħlas ta’ kera.

 

2. Sottokuntrattar

 

    1. L-offerent rakkomandat ma jista’ jassenja ebda parti minn dan il-ftehim jew xi wieħed mid-drittijiet u l-obbligi mniżżla, lil parti terza mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-MICAS. F’każ ta’ sottokuntrattar, l-offerent rakkomandat għandu jippreżenta ċ-ċertifikati relevanti kollha mitluba mill-MICAS qabel ma jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
    2. L-offerent rakkomandat għandu jitlob l-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel tal-MICAS qabel ma jidħol f’sottokuntratt. L-awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq is-servizzi li se jiġu sottokuntrattati u l-identità tas-sottokuntrattur intenzjonat. Il-MICAS għandu fi żmien ġimgħa waħda (1) minn meta jirċievi n-notifika, jinnotifika lill-offerent rakkomandat bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu, u f’każ li ma jagħtix din l-awtorizzazzjoni jiddikjara r-raġunijiet tiegħu.
    3. L-ebda sottokuntratt ma jista’ joħloq relazzjonijiet kuntrattwali bejn kwalunkwe sottokuntrattur u l-MICAS.
    4. L-offerent rakkomandat għandu jkun responsabbli għall-azzjonijiet, in-nuqqasijiet u n-negliġenza tas-sottokuntratturi tiegħu, kif ukoll tal-esperti, l-aġenti, jew l-impjegati tiegħu, daqslikieku kienu l-azzjonijiet, in-nuqqasijiet, jew in-negliġenza tiegħu stess, l-esperti, l-aġenti, jew l-impjegati tiegħu. L-approvazzjoni tal-MICAS tas-sottokuntrattar jew ta’ kwalunkwe parti tal-kuntratt jew tal-ingaġġ mill-offerent rakkomandat u mis-sottokuntratturi biex iwettqu kwalunkwe parti mis-servizzi ma teħlisx lill-offerent rakkomandat minn kwalunkwe obbligu mniżżel fil-kuntratt.
    5. Jekk sottokuntrattur jinstab mill-MICAS li huwa inkompetenti fit-twettiq ta’ dmirijietu, il-MICAS jista’ minnufih jitlob lill-offerent rakkomandat, jew biex jipprovdi sottokuntrattur bi kwalifiki u esperjenza aċċettabbli għall-MICAS bħala sostitut, jew biex jerġa’ jibda jwettaq is-servizzi huwa stess.
    6. Qabel tingħata l-approvazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 2.2, l-Awtorità tal-Kuntrattar għandha tiżgura li s-sottokuntrattur ma jaqa’ taħt ebda mill-kriterji ta’ esklużjoni u ma jkunx imniżżel fil-lista s-sewda skont it-Taqsima VI tar-Regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi.
    7. Fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, is-sottokuntrattur għandu jiżgura li jikkonforma mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-Liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew mid-dispożizzjoni internazzjonali dwar il-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Iskeda 12 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
    8. Dawk is-servizzi fdati lil sottokuntrattur mill-offerent rakkomandat ma jistgħux jiġu fdati lill-partijiet tas-sottokuntrattur.
    9. Il-MICAS ma għandux jintrabat mas-sottokuntrattur u r-relazzjoni legali tkun biss mal-offerent rakkomandat kif previst fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
    10. Kwalunkwe bidla fis-sottokuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-MICAS għandha titqies bħala ksur tal-kuntratt.

 

3. Il-Leġiżlazzjoni Nazzjonali

 

L-offerent rakkomandat jintrabat li jikkonforma mal-Kapitolu 424 tal-Liġijiet ta’ Malta (L-Att Dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tal-2000) u mar-regolamenti/avviżi legali kollha li jiffurmaw parti minn dan l-Att, kif ukoll kwalunkwe leġiżlazzjoni, regolamenti, standards u/jew kodiċi ta’ prattika nazzjonali oħra, fis-seħħ matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li jirrigwardjaw kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà kif japplikaw għas-sitwazzjoni operattiva partikolari tal-offerent rakkomandat u n-natura tal-attivitajiet tax-xogħol.

 

4. Il-Liċenzji u t-Taxxi

 

L-offerent rakkomandat għandu jikseb u jġedded kwalunkwe liċenzja meħtieġa skont il-liġi biex jopera ż-żona indikata. Il-liċenzji għandhom jitħallsu mill-offerent rakkomandat. Il-VAT u kwalunkwe taxxa relevanti dovuta għall-operat taż-żona indikata hija r-responsabbiltà unika tal-offerent rakkomandat.

 

5. Is-Saħħa u s-Sigurtà

 

    1. Il-kuntrattur huwa responsabbli li jiżgura li ż-żona indikata għandha tinżamm fi stat tajjeb u li jiġu osservati r-Regolamenti kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
    2. Il-kuntrattur huwa marbut li jikkonforma mal-Att Dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2000 (Kap 424 tal-Liġijiet ta’ Malta) u ma’ kull regolamenti/avviżi legali li huwa parti minn dan l-Att; kif ukoll ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni, regolamenti, standards, u/jew kodiċi ta’ prattiki oħra nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, li jirrigwardjaw kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà, kif japplikaw għas-sitwazzjoni operattiva partikolari tal-kuntrattur u n-natura tal-attività tax-xogħlijiet.
    3. Il-kuntrattur għandu jipprovdi t-tagħmir kollu relatat mas-saħħa u s-sigurtà kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Maltija, prattika tajba, kif meħtieġ mill-MICAS u kif jista’ jiġi spjegat aktar fid-dettall f’dan il-kuntratt.
    4. Il-kuntrattur għandu jalloka r-riżorsi kollha meħtieġa biex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-operaturi, u ta’ kwalunkwe persuna li s-servizzi jistgħu jaffettwaw. L-offerent rakkomandat għandu jintrabat li jwettaq il-valutazzjonijiet kollha meħtieġa tar-riskju, il-proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà u jżomm id-dokumentazzjoni relevanti kollha ta’ sostenn kif mitlub mil-leġiżlazzjoni Maltija, japplika prattika tajba u kif jista’ jintalab mill-MICAS. Il-MICAS iżomm id-dritt li jispezzjona f’dan ir-rigward u jekk l-offerent rakkomandat jinstab mhux konformi, il-MICAS għandu jitlob lill-kuntrattur biex jibda jimxi mar-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà b’effett immedjat.

 

6. Il-Manutenzjoni

 

L-offerent rakkomandat huwa responsabbli għat-tindif, il-manutenzjoni u ż-żamma taż-żona indikata.

 

7. Struzzjonijiet mill-MICAS

 

L-offerent rakkomandat jintrabat li josserva l-obbligi kollha imposti fuqu mill-kuntratt u li jsegwi l-istruzzjonijiet mogħtija lilu mill-MICAS jew minn dawk delegati lilu.

 

8. Il-Ħinijiet tal-Ftuħ tal-Kiosk tal-Ikel

 

L-offerent rakkomandat għandu d-dritt li jiftaħ u jmexxi ll-kiosk tal-ikel bejn is-7 u t-8 ta’ Marzu mill-10am sas-6pm.

 

9. L-Ikel u Xorb għall-Bejgħ

 

1. L-offerent rakkomandat għandu joffri dan l-ikel u xorb imsemmi hawn isfel:

    • Xarbiet sħan bħal te, kafè, espresso, u capuccino
    • Xarbiet minerali
    • Ilma
    • Ikel tal-għaġina ħelwa bħal croissants u muffins
    • Ikel tal-għaġina mielħa bħal pastizzi tal-piżelli u tal-irkotta
    • Burgers
    • Hotdogs
    • Wraps
    • Insalati
    • Ħelu bħal ċikkulajjet

 

2. L-offerent rakkomandat irid jipprovdi lista sħiħa tal-oġġetti tal-ikel mingħajr glutina u nieqsa mill-prodotti tal-ħalib disponibbli mal-offerta.

 

Nota dwar il-VAT

 

L-offerent rakkomandat huwa marbut bl-obbligu kif muri fit-13-il Skeda, Artikolu 51, Klawsola 7 – irċevuti fiskali tal-leġiżlazzjoni tal-VAT. Dan il-Kapitolu tal-leġiżlazzjoni jinsab f’din il-ħolqa u jista’ jinqara minnha:

http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8872.

 

10. L-Iġjene, l-Indafa, il-Kondotta dwar is-Saħħa

 

    1. L-offerent rakkomandat għandu jżomm ruħu infurmat u aġġornat dwar id-diversi regolamenti relatati mas-sigurtà tal-ikel speċjalment rigward dawk il-liġijiet ippubblikati f’ din l-Espressjoni ta’ Interess. L-offerent rakkomandat irid jopera l-kiosk tal-ikel skont dawn ir-regolamenti.
    2. L-offerent rakkomandat huwa responsabbli għaż-żamma taż-żona indikata u tal-kiosk tal-ikel u jara li dawn jinżammu nodfa l-ħin kollu. Kemm l-offerent rakkomandat kif ukoll l-impjegati kollha tiegħu jridu jilbsu ħwejjeġ nodfa l-ħin kollu. Huwa importanti wkoll li l-offerent rakkomandat u l-impjegati tiegħu jużaw pinzetti u ingwanti tal-ikel meta jbigħu u jqassmu l-ikel.
    3. L-ikel ippreparat minn qabel bħall-ħobż, eċċ. għandu jintwera għall-bejgħ imgeżwer f’materjal trasparenti u ppreżentat b’ tali mod li jkun protett mill-kontaminazzjoni kollha possibbli. Ikel li ma jistax jitgeżwer irid jinżamm mgħotti.

 

L-offerent rakkomandat għandu jiżgura li kwalunkwe allerġeni jiġu indirizzati u li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata.

 

    1. Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jinbiegħu prodotti tal-ikel jew xorb wara d-data ta’ skadenza tagħhom.
    2. Il-MICAS jista’ joġġezzjona fir-rigward tal-preżenza ta’ impjegat tal-offerent rakkomandat fil-kiosk tal-ikel li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-klawżoli preċedenti ta’ dan il-kuntratt. F’każ bħal dan, il-MICAS huwa awtorizzat jordna lill-offerent rakkomandat biex itemm l-impjieg ta’ din il-persuna fil-kiosk tal-ikel.

 

11. Kundizzjonijiet ta’ Natura Ġenerali

 

    1. L-offerent rakkomandat irid jipprovdi l-kiosk tal-ikel u t-tagħmir kollu meħtieġ għat-tmexxija tal-kiosk tal-ikel u jassumi r-responsabbiltà li jipprovdi dak kollu meħtieġ biex jitwasslu servizzi iġjeniċi effiċjenti. L-ilma u d-dawl se jkunu pprovduti mill-MICAS.
    2. Uffiċjal tas-sigurtà se jiġi pprovdut mill-MICAS erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
    3. Siġġijiet u mwejjed se jiġu pprovduti mill-MICAS.
    4. L-offerent rakkomandat għandu jikseb il-permessi jew liċenzji kollha meħtieġa li l-liġijiet ta’ Malta jistipulaw sabiex jopera.
    5. L-offerent rakkomandat huwa obbligat li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tad-Dipartiment tal-VAT.
    6. L-offerent rakkomandat irid jiżgura li t-taxxi kollha tiegħu jitħallsu kollha u jkunu aġġornati skont ir-Regolamenti Maltin.

 

12. Osservanza ta’ Kull Regolament ta’ Malta Applikabbli

 

    1. L-offerent rakkomandat għandu jiżgura u jippreżenta lill-MICAS li l-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa biex jopera huma fis-seħħ. L-offerent rakkomandat għandu wkoll jikkonforma mar-Regolamenti ta’ Malta kollha fis-seħħ.
    2. L-offerent rakkomandat għandu jżomm ruħu infurmat u aġġornat u jiżgura li se jaġixxi b’mod rett skont il-liġijiet li jirregolaw is-sigurtà tal-ikel.
    3. L-offerent rakkomandat għandu jiżgura li s-servizzi pprovduti jitwettqu skont il-liġijiet u r-regolamenti li jirregolaw is-saħħa u s-sigurtà.

 

13. L-Offerent Rakkomandat

 

L-offerent rakkomandat ma jistax jassenja jew jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu skont dan il-ftehim lil partijiet terzi.

 

14. Eżekuzzjoni tal-Kuntratt

 

Il-kuntratt għandu jibda u jispiċċa bejn is-7 u t-8 ta’ Marzu 2026.

 

Ir-Rekwiżiti:

 

Persuni interressati għandhom iressqu dawn li ġejjin:

  • Ċertifikat tal-VAT.
  • Anness A: Lista tal-prodotti pprovduti bil-prezzijiet relevanti.
  • Il-prodotti mingħajr glutina u nieqsqa mill-prodotti tal-ħalib offruti.
  • Ċertifikati tat-tqandil tal-ikel.

 

Talbiet ta’ kjarifikazzjoni

 

Dawk interessati jistgħu jressqu kwalunkwe talba għal kjarifika lill-MICAS billi jibagħtu email indirizzata lill-procurement@micas.art sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, it-18 ta’ Frar 2026 f’nofsinhar.

Dawk interessati huma avżati li noti ta’ kjarifika, interpretazzjonijiet, korrezzjonijiet jew tibdil fl-Espressjoni ta’ Interess se jittellgħu fuq it-Taqsima https://micas.art/get-involved/.

Dawk interessati huma avżati li kwalunkwe nota ta’ kjarifika, interpretazzjoni, korrezzjoni jew tibdil fl-Espressjoni ta’ Interess se tikkostitwixxi parti integrali minn din l-Espressjoni ta’ Interess u huma l-offerenti li għandhom jiżguraw li s-sit web jiġi rivedut regolarment qabel ma jissottomettu l-offerta tagħhom.

 

Tressiq tal-Offerti

 

Dawk interessati li huma eliġibbli li japplikaw għandhom jindikaw l-interess tagħhom billi jibagħtu d-dokumenti kollha mitluba skont ir-rekwiżiti billi jibagħtu email indirizzata lil procurement@micas.art sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Frar 2026 f’nofsinhar, u jindikaw is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni ta’ Interess (MICAS/EOI/001/2026).

Interess imressaq b’modi oħrajn ma jiġix ikkunsidrat.

Emails imressqin wara d-data ta’ skadenza ma jiġux ikkunsidrati. Ma tiġi aċċettata ebda obbligazzjoni għal rifjut ta’ kwotazzjonijiet mibgħuta tard.

 

Din l-Espressjoni ta’ Interess ma tikkostitwixxix offerta biex tidħol f’xi kuntratt mal-MICAS. Il-MICAS, fl-ebda każ mhu se jassumi responsabbiltà għal tali spejjeż imġarrba minn offerenti prospettivi, tkun xi tkun l-imġiba jew l-eżitu tal-proċedura kompetittiva mibdija skont din l-Espressjoni ta’ Interess, inkluż il-kanċellazzjoni.

 

Rekwiżiti għall-Għażla u l-Għotja

 

Dawk interessati, biex jitqiesu eliġibbli għall-għoti ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, iridu jipprovdu evidenza li jissodisfaw jew jaqbżu ċerti kriterji minimi deskritti taħt it-Taqsima tal-Ħiliet u r-Rekwiżiti ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.

 

Il-kuntratt jingħata lill-offerent interessat li jressaq l-aktar ħiliet u rekwiżiti sodisfaċenti mitluba f’din l-Espressjoni ta’ Interess.

 

L-Għażla u l-Evalwazzjoni

 

Kull sottomissjoni tiġi ttrattata bl-aktar mod strett mill-bord tal-għażla u tiġi vvalutata skont il-kriterji msemmijin hawn isfel:

 

Marki għall-Kriterji ta’ Evalwazzjoni

 

Liċenzji u Assigurazzjoni

100

Obbligatorji

Ċertifikat tal-VAT

50

 

Talbiet mitluba mill-MICAS

30

 

Ikel mingħajr glutina u nieqsa mill-prodotti tal-ħalib

10

 

Ċertifikati tat-Tqandil tal-Ikel

10

 

 

Marka minima: 50; Marka totali: 100.

 

Il-MICAS jirriżerva d-dritt li jagħżel u/jew jirrifjuta kwalunkwe offerta jew l-offerti kollha mressqa jew li jagħżel sottomissjonijiet multipli kif meħtieġ biex jissodisfaw il-ħtiġijiet deskritti f’dan id-dokument ta’ Espressjoni ta’ Interess. Jekk l-ebda sottomissjoni ma titqies sodisfaċenti, il-MICAS jirriżerva d-dritt li jassenja l-kuntratt lil fornitur tas-servizz ieħor li mhux neċessarjament kienu involut f’din l-Espressjoni ta’ Interess. Id-deċiżjoni tal-MICAS f’dan ir-rigward hija finali u vinkolanti.

Niżżel id-dokument tal-obligazzjonijiet mill-Kuntrattur.

Skip to content