L-Open Weekend tal-MICAS huwa ċelebrazzjoni ħajja li tlaqqa’ l-arti, l-istorja, in-natura, u l-logħob. Dan kollu huwa mfassal b’mod li jippermetti lill-viżitaturi ta’ kull età japprezzaw il-kampus storiku uniku u l-ispazji ta’ barra tal-mużew. Matul il-jumejn, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’tours arkittetoniċi u storiċi ma’ gwida. Se jkunu jistgħu wkoll jinvolvu ruħhom f’attivitajiet kreattivi u edukattivi, kif ukoll ispirati min-natura. It-tfal se jkollhom esperjenzi prattiċi lesti għalihom. Dawn kollha se jittellgħu fil-ġonna u ż-żoni ta’barra tal-mużew.
Dan l-avveniment jirrifletti l-impenn tal-MICAS għall-komunità, it-tagħlim permezz tal-kreattività, u esperjenzi kulturali inklużivi. Huwa weekend li se joffri xi ħaġasinifikanti lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji.
21 – 22 Novembru 2026
10:00 – 17:00
Dħul b’xejn
Tours
| is-Sibt, 21 ta’ Novembru | Tour tal-Esebizzjonijiet | 11AM |
| Tour tal-Arkitettura | 12PM | |
| Tour tal-Esebizzjonijiet | 3PM | |
| Tour għat-Tfal | 3.30PM | |
| Tour tal-Arkitettura | 4PM | |
| il-Ħadd, 22 ta’ Novembru | Tour tal-Esebizzjonijiet | 11AM |
| Tour tal-Arkitettura | 12PM | |
| Tour tal-Esebizzjonijiet | 3PM | |
| Tour għat-Tfal | 3.30PM | |
| Tour tal-Arkitettura | 4PM |
Workshops: Walk-ins
| is-Sibt, 21 ta’ Novembru | Tiżrigħ taż-Żrieragħ | 10AM – 5PM |
| Siġra tax-Xewqat | 10AM – 5PM | |
| Tfittxija għall-Pjanti | 10AM – 5PM | |
| A New Life Force | 10AM – 5PM | |
| Aerial Yoga | 10AM – 11AM | |
| il-Ħadd, 22 ta’ Novembru | Tiżrigħ taż-Żrieragħ | 10AM – 5PM |
| Siġra tax-Xewqat | 10AM – 5PM | |
| Tfittxija għall-Pjanti | 10AM – 5PM | |
| A New Life Force | 10AM – 5PM | |
| Slow Flow Hatha Yoga | 10AM – 11AM |
Logħob għal kull eta’
Giant Jenga
Giant Chess
4-in-a-Line
Logħob għal taħt l-erba’ snin
Blokok tal-Logħob
Iżżerżaq u Itla’
Caterpillar Tunnel


