Marco Mulazzani

Marco Mulazzani (1959) huwa Professur tal-Istorja tal-Arkitettura, u ilu direttur tad-Dipartiment tal-Arkitettura fl-Università ta’ Ferrara mill-2024. Iggradwa mill-Istituto Universitario di Architettura di Venezia u ilu mill-1987 jirriċerka l-istorja tal-arkitettura kontemporanja, bl-attenzjoni tiegħu mixħuta l-aktar fuq l-Italja, il-Portugall u l-Ġermanja tas-sekli 20 u 21.
Bejn l-1998 u l-2021, kien membru tal-istaff editorjali tal-ġurnal arkitettoniku kontemporanju Casabella, u hemmhekk ħareġ bil-kunċett u editja l-Almanacco di Casabella (1998–2009), ħarġa annwali ddedikata għall-arkitettura Taljana kontemporanja. Ippubblika aktar minn 20 monografu u magħhom aktar minn 150 esej u artikli f’volumi u ġurnali internazzjonali.

Ilu jiġi mistieden għal lekċers u biex jippreżenta papers f’universitajiet u istituzzjonijijiet internazzjonali mill-bidu tas-seklu 21. Fost dawn hemm ETSA Pamplona, Las Palmas de Gran Canaria, Barċellona, ENSA Toulouse, FAUP Porto, IST Lisbona u l-Polis University Tirana, kif ukoll f’postijiet bħar-Real Academia de Bellas Artes de San Fernando (Madrid), l-Accademia di San Luca (Ruma), u s South China University of Technology (Guangzhou). Fl-2025, editja l-volum MICAS – Malta International Contemporary Art Space.

Skip to content