Ospizio Complex
Bieb il-Pulverista
Triq Joseph J Mangion
Floriana FRN1830
MALTA
Ospizio Complex
Bieb il-Pulverista
Triq Joseph J Mangion
Floriana FRN1830
MALTA
Il-MICAS jinsab fil-kumpless Ospizio fil-Furjana u huwa spazju tal-arti dinamiku, kontemporanju u multifunzjonali. Il-lokazzjoni tiegħu ntgħażlet minħabba li tinsab fi ħdan is-swar storiċi ta’ San Salvatore, is-sinifikat storiku rikk tagħha, il-veduti tal-baħar mill-isbaħ, l-arkitettura militari preċiża, u l-ispazji kbar miftuħa flimkien mal-pajsaġġi kumplessi. Kuntrarju għar-restawr sensittiv tal-fortifikazzjonijiet, l-ispazju intern tal-Galleriji tal-Mużew iddiżinjat bħala spazju tal-arti kontemporanju, li jintegra identità Mediterranja, reġjonali u internazzjonali. Il-Galleriji jinkorporaw għadd ta’ spazji għal wirjiet interkambjabbli, mobbli u flessibbli, flimkien ma’ spazji oħrajn; żoni edukattivi/għal riċerka, galleriji fuq barra, spazji rikreattivi, spazji għall-midja, spazji għal workshops u faċiltajiet, ġonna ta’ skultura u għal avvenimenti, u ħafna aktar. Il-MICAS mibni fuq erba’ livelli, bit-tielet livell iservi bħala l-entratura ewlenija, flimkien ma’ uffiċċju tal-biljetti, iż-żona ewlenija ta’ akkoljament, u ż-żona ewlenija miftuħa li se tintuża bħala gallerija.
Il-ħanut iddiżinjat mill-istudio multidixxiplinarju rinomat internazzjonalment, FormaFantasma, u jospita taħlita ta’ ċentri spazjali li jservu ta’ vetrina għal diversi prodotti. Minn kotba sa ġojellerija sa prodotti personalizzati, il-ħanut tal-MICAS jilqa’ turisti, familji, entużjasti tal-arti, studenti, u aktar. Minħabba li l-għan ta’ dan il-ħanut tal-mużew huwa li jkun destinazzjoni fih innifsu u parti integrali mill-mużew u l-esperjenza tal-viżitaturi, kulħadd merħba bih.
Il-Belt Valletta għandha xena vibranti ta’ restaurants, b’għażla wiesgħa ta’ ristoranti, bars, u kafetteriji. Ir-ristorant tagħna għandu vantaġġ li jaqtgħu mill-bqija: ambjent uniku mingħajr paragun – mużew tal-arti kontemporanju, swar storiċi, u ġnien tal-iskultura. Ir-ristorant tal-MICAS jiddistakka ruħu mhux biss permezz tal-ikel u s-servizz tiegħu, imma wkoll permezz tal-esperjenza fl-ippranzar verament assorbitanti.
Il-Ġnien tal-Iskultura tal-MICAS, it-terazzini, u l-ispazji fuq barra jieħdu l-irwol ta’ galleriji fuq barra u huma integrali fl-istrateġija tal-MICAS rigward il-wiri tal-arti kontemporanja. Il-Ġnien tal-Iskultura u t-terazzini, bħala spazji inklużivi u permeabbli joffru lill-pubbliku aċċess għal kisbiet futuri, xogħlijiet ta’ skultura kkummissjonati temporanjament, wirjiet ta’ installazzjonijiet interattivi fuq barra fuq skala kbira, proġetti performattivi, u avvenimenti oħrajn. Il-galleriji fuq barra se jikkumplimentaw il-galleriji fuq ġewwa u jkabbru sew il-potenzjal tal-MICAS biex joffri programm ta’ eżebizzjonijiet b’saħħtu u varjat. Se jospitaw ukoll wirjiet dinamiċi ta’ arti kontemporanja, li l-pubbliku jista’ jaċċessa, jinteraġixxi magħhom u jgawdi b’xejn.
Permezz tal-appoġġ tiegħek lejn il-proġett MICAS, bħala sponsor jew donatur tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti lejn l-għanijiet ambizzjużi ta’ dan il-proġett. Il-proġett MICAS se jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru għal innovazzjoni kreattiva, u jistimula lil Malta bħala pajjiż bi rwol proattiv fid-dinja tal-arti kontemporanja, kemm fuq livell reġjonali kif ukoll internazzjonali.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024