Ugo Rondinone

Ugo Rondinone twieled fl-1964 fi Brunnen, l-Iżvizzera u bħalissa jgħix u jaħdem New York. Rondinone kellu bosta wirjiet individwali dan l-aħħar f’postijiet bħal:  Fundación Casa Wabi, Puerto Escondido, il-Messiku; Arken Museum of Modern Art, Ishøj, id-Danimarka; Bass Museum of Art, Miami; Berkeley Art Museum and Pacific Film Archive, Berkeley, California; Contemporary Arts Center, Cincinnati, Ohio; Garage Museum of Contemporary Art, Moska; Place Vendôme, Pariġi; MACRO u Mercati di Traiano, Ruma; The Institute of Contemporary Art, Boston; Carré d’Art, Nîmes, Franza; Museum Boijmans van Beuningen, Rotterdam; Museum Anahuacalli, Belt il-Messiku; Rockbund Art Museum, Shanghai; M Museum, Leuven, il-Belġju; Museum of Cycladic Art, Ateni; Kunsthistorisches Museum Wien, Vjenna; u Museum Dhondt-Dhaenens, Deurle, il-Belġju.

Fl-2016, ix-xogħol pubbliku fil-kobor ta’ Rondinone seven magic mountains fetaħ barra Las Vegas, koprodott mill-Art Production Fund u n-Nevada Museum of Art. Is-sena ta’ wara, Rondinone ħa ħsieb il-kurazzjoni ta’ wirja madwar il-belt, “Ugo Rondinone: I ♥ John Giorno,” li ġiet ippreżentata l-Artists Space, High Line Art, Howl! Happening, Hunter College Art Galleries, the Kitchen, New Museum, Red Bull Arts New York, Rubin Museum of Art, Sky Art, Swiss Institute, White Columns u 80WSE Gallery, kollha fi New York.

Ritratt ta’ Christian Grund.  Ħjar lil Rondinone Studio.

Share

Skip to content