OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Timothy Rub

2nd Ottubru 2023

Timothy Rub twieled New York fl-1952. Huwa kiseb B.A. fl-Istorja tal-Arti mill-Kulleġġ Middlebury f’Vermont u M.A. fl-istess suġġett mill-Istitut tal-Arti tal-Università ta’ New York University. Huwa kiseb ukoll M.B.A. mill-Università ta’ Yale.

Wara li lesta x-xogħol tiegħu għad-dottorat fl-Istorja tal-Arti, fl-1983 Rub sar membru tas-soċjetà Fondazzjoni Ford tal-Mużew Cooper-Hewitt u baqa’ hemmhekk sal-1987, fejn ikkura diversi eżebizzjonijiet dwar l-arkitettura Amerikana, fosthom il-Frank Lloyd Wright and the Prairie School u l-Vienna/New York: The Work of Joseph Urban. Fl-1987, kien maħtur Assistent Direttur tal-Hood Museum of Art tal-Kulleġġ Dartmouth, u fl-1991 kien maħtur Direttur. Mis-sena 2000 sal-2006, serva bħala Direttur tas-Cincinnati Art Museum, fejn inħatar Direttur tal-Cleveland Museum of Art. Matul il-kariga tiegħu, il-mużew temm l-ewwel fażi ta’ rinovazzjoni u espansjoni ta’ seba’ snin b’baġit ta’ $330 miljun iddiżinjata mill-perit Rafael Viñoly. Huwa żviluppa wkoll programm ta’ tour ta’ eżebizzjonijiet li bagħat eżebizzjonijiet mill-mużew lejn Beijing, Tokjo, Seoul u Munich, u diversi postijiet fl-Amerka ta’ Fuq. Kien responsabbli wkoll għal diversi kisbiet importanti, fosthom skultura mit-tempju Chola tas-seklu 10 tal-alla Hindu, Shiva.

F’Settembru tal-2009, Rub sar it-13-il Direttur tal-Philadelphia Museum of Art. Huwa rtira fl-2022, wara li lesta kampanja ta’ ġbir ta’ kapital li laħqet aktar minn $600 miljun u rinovazzjoni u riorganizzazzjoni estensiva tal-interjuri tal-bini ewlieni tal-mużew, iddiżinjat minn Frank Gehry.

Fost il-ħafna kisbiet ipprogrammati tiegħu f’Philadelphia, hemm ir-rinovazzjoni u r-rinstallazzjoni tal-galleriji tal-mużew b’ arti mil-Lbiċ tal-Ażja, iċ-Ċina, u l-Amerika liema arti tmur lura għall-1850, l-organizzazzjoni ta’ diversi eżebizzjonijiet ewlenin li vvjaġġaw minn post għal ieħor, fosthom The Essential Duchamp, Paint the Revolution:  Mexican Art, 1910 – 1950, Arshile Gorky: A Retrospective, u Jasper Johns: Mind/Mirror. Matul il-kariga tiegħu, il-kollezzjoni rinomata mad-dinja tal-mużew issaħħet permezz ta’ diversi rigali u xiri, fosthom il-Paul Strand Archive, The Fox and Grapes Dressing Table, kapulavur tal-għamara bikrija Amerikana, u pitturi importanti ta’ Claude Monet, Paul Cézanne, u Édouard Manet, flimkien ma’ diversi kollezzjonijiet ewlenin ta’ arti kontemporanja li jinkludu xogħlijiet minn artisti ewlenin bħal Cy Twombly, Jasper Johns, Brice Marden, Sean Scully, Charles Ray, u Philip Guston.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.