Termini u Kundizzjonijiet

Trasportazzjoni:

Trasportazzjoni b’xejn għal Malta għal kull ordni ’l fuq minn €50.

It-trasportazzjoni għal Għawdex isir permezz ta’ kurrier.

Klijenti mill-UE biss jistgħu jagħmlu ordnijiet.

Iż-żmien ta’ pproċessar tat-trasportazzjoni

  • Kull ordni tiġi pproċessata fi żmien jumejn u tlett ijiem kummerċjali.
  • L-ordnijiet ma jiġux trasportati jew imwassla fi tmiem il-ġimgħa jew f’festi pubbliċi.
  • F’każ li nkunu qed nirċievu volum għoli ta’ ordnijiet, it-trasportazzjoni tista’ tiġi mdewma bi ftit jiem.
  • Jekk jogħġbok ippermetti ftit jiem addizzjonali għaż-żmien li l-ordni tiegħek tkun fi tranżitu.
  • F’każ li jkun hemm dewmien sinifikanti fit-trasportazzjoni tal-ordni tiegħek, nikkuntattjawk permezz ta’ email jew telefonikament.

It-tariffi ta’ trasportazzjoni u l-istimi tat-twassil:

  • It-tariffi ta’ trasportazzjoni u l-istimi tat-twassil tal-ordni tiegħek jiġu kkalkulati u murija fiċ-checkout.
  • F’każ li l-ordni tiegħek hija għal pajjiż li aħna ma noffrux fil-lista tagħna, jekk jogħġbok ibgħat email indirizzata lil micas@micas.art biex tinħariġlek kwotazzjoni diretta.
  • Jekk jogħġbok innota li ordnijiet b’piż tqil jistgħu jeċċedu l-ispiża tan-nol ikkwotata qabel. F’dan il-każ, nikkuntattjawk biex naqblu fuq iż-żieda fit-tariffa qabel nibagħtu l-ordni tiegħek.

Ritorni:

  • Il-politika tagħna hija li aħna noffru 14-il jum biex tibgħat l-ordni tiegħek lura. Jekk jogħġbok ibagħtilna email indirizzata lil micas@micas.art bin-numru tal-ordni tiegħek u r-raġuni għalfejn se tirritornaha.
  • Kull oġġett mibgħut jiġi spezzjonat mal-wasla tiegħu.
  • Aħna nagħtuk rifużjoni fuq kwalunkwe ordni li ssir magħna sakemm l-oġġetti rritornati jkunu f’kundizzjoni perfetta u fl-imballaġġ oriġinali.
  • Il-klijenti jeħtieġu jħallsu għat-trasportazzjoni neċessarja għar-ritorn u l-klijienti jibqgħu responsabbli għall-oġġetti mibgħuta lura sakemm dawn jaslu għandna. Nirrakkomandaw li jintuża servizz ta’ posta bi tracking u assigurazzjoni u li l-oġġetti jiġu trasportati fl-imballaġġ u l-kaxxa oriġinali.
  • Aħna ma nistgħux ninżammu responsabbli għal oġġetti ritornati li jaslu miksura jew li ma jaslux għandna.
  • Il-ħanut tal-MICAS jirriżerva d-dritt li jirrifjuta kwalunkwe ritorn li ma jissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mar-ritorni tagħna.
  • Aħna m’aħniex f’pożizzjoni li noffru skambju jew rifużjoni fuq oġġetti li huma meqjusa li sofrew danni meta jaslu għandna.
  • Aħna nħallsu lura l-prezz oriġinali li ħallast lill-MICAS għall-oġġett innifsu. It-tariffi ta’ trasportazzjoni u l-immaniġġjar ma jiġux ikkunsidrati.
  • Aħna m’aħniex responsabbli għal kwalunkwe oġġett li jiġi rritornat lilna bi żball.

 

Jekk jogħġbok irritorna l-oġġetti tiegħek fuq dan l-indirizz:

MICAS GIFT SHOP,

‘Ospizio Complex’,

Bieb Il-Pulverista,

Triq Joseph J Mangion,

il-Furjana FRN1830

Skip to content