Waqt il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS 2021, inkixef l-akkwist il-ġdid tal-MICAS, ix-xogħol speċjalment ikkummissjonat Sea Cave (Entrance), mill-artista magħrufa internazzjonalment Cristina Iglesias. Sea Cave (Entrance) huwa xogħol speċifiku għas-sit b’elementi skulturali tal-bronż u sekwenzi tal-ilma li jiġbdu l-għajn u jinvolvu l-perċezzjoni ta’ min jaraha. Tiżvela ftuħ immaġinarju għal spazju taħt l-art li jesplora ġeoloġiji moħbija, interkonnessjonijiet u l-mogħdija taż-żmien. Dan ix-xogħol intriganti u kontemplattiv qed jintwera fil-ġnien storiku ta’ Hastings il-Belt Valletta, u eventwalment se jiġi rilokat għall-Ġnien tal-Iskultura tal-MICAS fil-Kontrogwardja ta’ San Salvatore li tagħti fuq il-Port ta’ Marsamxett. 

Bħala artista prolifika, ix-xogħol ta’ Cristina Iglesias ivarja minn padiljuni mdendlin, panewijiet maħduma bħala kannizzata, passaġġi u labrinti, u funtani orizzontali sa ħitan minfuda b’testi u forom strutturali u veġetattivi. Xogħol li jista’ jinstab sew fil-qalba tal-ibliet sew fuq gżejjer remoti madwar id-dinja kollha, u li joffri lil min jarah opportunitajiet għal esperjenzi kontemplattivi. Il-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS 2021 ipprovda wkoll opportunità għall-udjenza tal-MICAS u l-pubbliku ġenerali biex jiltaqgħu mal-artista personalment u jisimgħuha titkellem dwar xogħolha. It-taħdita ‘In Conversation with Cristina Iglesias’ ġiet immoderata mill-kuratriċi internazzjonali Edith Devaney u saret il-MUŻA, il-Belt Valletta fis-16 ta’ Ottubru 2021. Aktar informazzjoni hawnhekk.

Vidjos Relatati

Cristina Iglesias | Intervista | MICAS | 2021

MICAS in Conversation | Michele Oka Doner | 2020

Vidjos Oħra

Conversation on the Rock | Taħdita | MICAS | 2018

Artists and their Archive | Taħdita | MICAS | 2019

Art Talks| Taħditiet | MICAS | 2019

MICAS in Conversation | Conrad Shawcross | L-ewwel parti | 2020

MICAS in Conversation | Conrad Shawcross | It-tieni parti | 2020

MICAS in Conversation | Ruth Bianco | 2020

MICAS in Conversation | Idris Khan | 2020

MICAS in Conversation | Raymond Pitrè | 2020

MICAS in Conversation | Joana Vasconcelos | 2020

MICAS in Conversation | Caesar Attard | 2020

MICAS in Conversation | Phyllida Barlow | 2020

MICAS in Conversation | Sean Scully | 2020

MICAS in Conversation | Michele Oka Doner | 2020

MICAS in Conversation | Anne Hardy | 2021

MICAS Starts its Conversation with the World

Cristina Iglesias | Intervista | MICAS | 2021

In Conversation with Cristina Iglesias | Vox Pop | MICAS | 2021

In Conversation with Cristina Iglesias | Taħdita| MICAS | 2021

Annual Fundraising Dinner | Vox Pop | MICAS | 2021

Annual Fundraising Dinner | Vox Pop | MICAS | 2021

Michele Oka Doner | Interview | MICAS | 2022

In Conversation with Michele Oka Doner | Taħdita | MICAS | 2022

Sign up for
our Newsletter

No spam included.