Art Talk: Artists and their Archives

22nd Lulju 2019

Kelliema: Edith Devaney

Post: MUŻA, Auberge d’Italie, Valletta, Malta

Data: 21 – 06 – 2019

Artists and their Archives hija preżentazzjoni minn Edith Devaney, kuratriċi tal-kontemporanju u kap tal-wirja tas-sajf tar-Royal Academy of Arts ta’ Londra. Edith Devaney tiddiskuti l-importanza tal-arkivji personali tal-artisti, l-intervisti rrekordjati u l-korrispondenza tagħhom, u jekk l-artisti humiex arkivisti tajbin, fost bosta temi oħrajn. Taqsam mal-udjenza aspetti mill-esperjenza tagħha fil-ħidma fir-Royal Academy of Arts ta’ Londra ma’ artisti magħrufin bħal Jasper Johns, David Hockney, u Phyllida Barlow, u r-riċerka tal-arkivji personali tal-pijunier tal-espressjoniżmu astratt Arshile Gorky, fost l-oħrajn.

It-taħdita dwar l-arti Artists and their Archives kienet waħda mill-attivitajiet taċ-Ċelebrazzjoni Sajfija tal-MICAS f’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u appoġġjata minn Heritage Malta u Spazju Kreattiv.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.