Photo of artist Sean Scully at MOMA

Sean Scully

1 ta' Diċembru 2020

Sean Scully twieled Dublin, l-Irlanda fl-1945 u aktar tard erħiela lejn kwartier tal-ħaddiema, in-naħa t’isfel ta’ Londra, fejn sar typesetter kummerċjali apprentist  ta’ ħmistax-il sena. Ta’ għoxrin sena, beda jistudja full-time l-Croydon College of Art, Londra, qabel ma mar l-Università ta’ Newcastle fl-1968. Fl-1970 Scully rebaħ il-premju tal-Peter Stuyvesant Foundation. Fl-1972, kien runner-up fl-edizzjoni ta’ dik is-sena tal-John Moores Painting Prize, u ngħata l-Frank Knox Fellowship biex jattendi l-Università ta’ Harvard. Fl-1975, ta’ 30 sena, Scully ngħata Harkness Fellowship ta’ sentejn li biha mar New York.

Xogħol Scully jinsab fil-kollezzjonijiet ta’ kważi kull mużew ewlieni madwar id-dinja. Fl- 2014, sar l-uniku artist mill-Punent li kellu wirja retrospettiva tal-karriera fiċ-Ċina. Fl-2018 ingħata l-International Artist of the Year Prize f’Ħong Kong. Wirjiet solo riċenti jinkludi Landline l-Hirshhorn and Wadsworth Atheneum, USA; Vita Duplex l-iStaatliche Kunsthalle Karlsruhe, u l-LWL-Museum for Art and Culture, Münster; Sea Star in-National Gallery, Londra; HUMAN San Giorgio Maggiore f’Venezja għat-58 Biennale tal-Arti ta’ Venezja. 

Wirjiet solo għall-2020-2021 jinkludu l-Mużew tal-Arti ta’ Budapest; INSIDEOUTSIDE l-iSkulpturenpark Waldfrieden, il-Ġermanja għand l-artist Anthony Cragg; u retrospettiva kbira The Shape of Ideas il-Modern Art Museum ta’ Fort Worth, Texas, li tivjaġġa sal-Philadelphia Museum of Art, Pennsylvania fl-2022. 

Sean Scully jgħix u jaħdem bejn New York u l-Bavarja.

Ritratt: Raphy Sarkissian. Bil-permess ta Sean Scully.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.