Artist Pierre Portelli
Artist Pierre Portelli

Pierre Portelli

28 ta' April 2023

Pierre Portelli huwa artist ibbażat Malta li jaħdem prinċiparjament fl-installazzjoni, l-iskultura, il-vidjo u l-arti b’midja mħallta. Jesplora u juża diversi midja fosthom il-kajjar, iċ-chewing gum, il-konkrit, il-veġetazzjoni ħajja, l-azzar, il-mirja, il-ħoss, l-injam, it-teknoloġiji ġodda u l-oġġetti bi skop ġdid. Xogħlu jinvestiga l-proċessi ta’ bidla, l-interazzjoni u t-tlaqqigħ temporanju tad-dinjiet soċjali permezz tal-iskultura, ix-xogħol fuq sit speċifiku, il-lingwa u kultant permezz ta’ tlissin ironiku ħelu. Studja fl-Iskola tal-Arti u d-Disinn ta’ Swindon fir-Renju Unit u huwa membru fundatur ta’ START, organizzazzjoni Maltija tal-arti kontemporanja, kif ukoll kollaboratur tan-network tal-arti kontemporanja The Little Constellations. Fl-2003 ikkollabora ma’ Love Difference u Michelangelo Pistoletto fil-50 Biennale ta’ Venezja. Huwa lettur mistieden tal-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta u attwalment il-President tal-Kunsill tal-Iskola tal-Arti ta’ Malta.

Pierre Portelli eżebixxa f’istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali bħall-Biennale ta’ Ostrale, Dresden; Bozar u l-Kummissjoni Ewropea, Brussell, il-Belġju; Il-Mużew Marittimu ta’ Malta u l-Mużew Nazzjonali tal-Arti f’Malta; Il-Gallerija Nazzjonali tal-Iżlanda, Rejkjavik; Fabbrica del Vapore, Milan, l-Italja; Central Connecticut State University, l-Istati Uniti tal-Amerka; Biennale du Design, St Etienne, Franza; Palais Kherridine, Tuneż; Palais Liechtenstein, Feldkirch, l-Awstrija; Il Museo d’Arte Contemporanea di Villa Croce, Ġenova; Kunstraum Engländerbau, Lichtenstein; Il-Metro ta’ Ateni, Ateni; Il-Monasteru Antik ta’ Santa Klara, San Marino; Montagu Bastion, Spazju għall-Arti Kontemporanja, Ġibiltà; Magazzini del Sale, Cervia, l-Italja; Il-Knisja ta’ Santa Klara, San Marino; Agricola de Cologne, il-Ġermanja; Il-Mużew għall-Arti Kontemporanja Pierides, Nikosija; Il-Villaġġ tas-Soluzzjonijiet – MEDCOP21, Marsilja, Franza; Memorial Bautzner Straße, Ħabs tal-Istasi, Dresden, il-Ġermanja; Barely Fair, Julius Caesar Gallery, Chicago, l-Istati Uniti. Xogħlu jinsab fil-Kollezzjoni Nazzjonali ta’ Malta, MUŻA, Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt Valletta; Il-Gallerija Nazzjonali tal-Iżlanda, Rejkjavik; L-Arkivji ta’ The Little Constellations f’San Marino; Il-Kollezzjoni Art in Embassies tad-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti; u f’diversi kollezzjonijiet privati kemm lokali kif ukoll barra minn Malta.

Pierre Portelli beda proġetti bbażati fuq ir-riċerka transdixxiplinari ma’ kompożituri tal-mużika u atturi, koreografisti u awturi. Ta’ spiss jikkollabora fi produzzjonijiet teatrali. Huwa l-kokuratur u koriċerkatur tal-proġett kontinwu REL•INK Indelible Narratives li beda fl-2016, u li jirriċerka u jesplora l-istorja u n-narrattivi tat-tatù flimkien mar-rabtiet ma’ bliet f’portijiet tal-Mediterran.

Ritratt ħajr Pierre Portelli

Sign up for
our Newsletter

No spam included.