Pierre Portelli

Pierre Portelli (m. 1961) jaħdem l-aktar fl-installazzjoni, l-iskultura, il-vidjo u l-arti b’midjamħallta.

Jesplora u juża diversi midja fosthom il-kajjar, iċ-chewing gum, il-konkrit, il-veġetazzjoniħajja, l-azzar, il-mirja, il-ħoss, l-injam, it-teknoloġiji ġodda u l-oġġetti bi skop ġdid. Xogħlujinvestiga l-proċessi ta’ bidla, l-interazzjoni u t-tlaqqigħ temporanju tadinjiet soċjali permezztal-iskultura, ix-xogħol fuq sit speċifiku, il-lingwa u kultant permezz ta’ tlissin ironiku ħelu.

Studja fl-Iskola tal-Arti u d-Disinn ta’ Swindon fir-Renju Unit u huwa wieħed mill-membri li waqqfu START, organizzazzjoni Maltija tal-arti kontemporanja. Huwa wkoll kollaboratur ta’The Little Constellations Network for Contemporary Art. Fl-2003 ikkollabora ma’ Love Difference u Michelangelo Pistoletto fil-50 edizzjoni talBiennale ta’ Venezja. Huwa letturmistieden tal-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta.

Pierre Portelli esebixxa f’istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali bħall-Biennale ta’ Ostrale, Dresden; fil-Bozar u l-Kummissjoni Ewropea, Brussell, il-Belġju; fil-MużewMarittimu ta’ Malta u l-Mużew Nazzjonali tal-Arti f’Malta; fil-Gallerija Nazzjonali tal-Iżlanda, Rejkjavik; fil-Fabbrica del Vapore, Milan, l-Italja; f’Central Connecticut State University, l-Istati Uniti tal-Amerka; fil-Biennale du Design, St Etienne, Franza; fil-Palais Kherridine, Tuneż; fil-Palais Liechtenstein, fil-Feldkirch, l-Awstrija; f’Il Museo d’Arte Contemporanea di Villa Croce, Ġenova; fil-Kunstraum Engländerbau, il-Liechtenstein; fil-Metro ta’ Ateni, Ateni; fil-Monasteru Antik ta’ Santa Klara, San Marino; fil-Montagu Bastion, fl-Ispazju għall-Arti Kontemporanja, Ġibiltà; fil-Magazzini del Sale, Cervia, l-Italja; fil-Knisja ta’ Santa Klara, San Marino; flAgricola de Cologne, il-Ġermanja; fil-Mużew għall-Arti Kontemporanja Pierides, Nikosija; fil-Villaġġ tas-Soluzzjonijiet – MEDCOP21, Marsilja, Franza; fil-Memorial Bautzner Straße, Ħabs tal-Istasi, Dresden, il-Ġermanja; fil-Barely Fair, Julius Caesar Gallery, Chicago, l-Istati Uniti.

Xogħlu jinsab fil-Kollezzjoni Nazzjonali ta’ Malta, MUŻA, Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt Valletta; fil-Gallerija Nazzjonali tal-Iżlanda, Rejkjavik; fl-Arkivji ta’ The Little Constellations f’San Marino; fil-Kollezzjoni tal-Arti fl-Ambaxxati kkurata mill-Kummissjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka; u f’diversi kollezzjonijiet privati kemm lokali kif ukoll barra minnMalta.

Pierre Portelli beda proġetti bbażati fuq ir-riċerka transdixxiplinari ma’ kompożituri tal-mużika u mużiċisti, koreografisti, atturi u awturi. Ta’ spiss jikkollabora fi produzzjonijietteatrali. Huwa l-kokuratur u koriċerkatur tal-proġett kontinwu RELINK Indelible Narrativesli beda fl-2016, li jirriċerka u jesplora l-istorja u n-narrattivi tat-tatù u r-rabtiet tagħhom ma’ bliet oħrajn f’portijiet tal-Mediterran.

L-aktar kollaborazzjoni riċenti tiegħu marbuta mar-riċerka fuq it-tatù u l-arti kienet proġett f’Addis Ababa f’Mejju tal-2025 flimkien mal-artista Etjopjana Kalkidan.

Share

Skip to content