Phyllida Barlow

Għal aktar minn 50 sena, Barlow tnebbħet mill-inħawi ta’ madwarha biex toħloq installazzjonijiet imponenti li jistgħu jidhru fl-istess ħin sew ta’ theddida u sew dħulin. Toħloq skulturi anti-monumentali minn materjali komuni u misjuba bħal kartun, drapp, plywood, ġablow, kanvas u siment. ‘Hemm xi ħaġa f’li timxi madwar l-iskultura li għandha l-possibbiltà li tkun riflessiva, qisek miexja f’pajsaġġ’. Għal Barlow: ‘Il-kobor tal-iskultura għandu dik il-possibbiltà infinita li dik li tkun tista’ tingaġġa lil hinn mill-oġġett innifsu u f’dimensjonijiet oħra tal-esperjenza’.

L-aktar wirjiet solo riċenti ta’ Barlow jinkludu preżentazzjoni solo għas-sena d-dieħla l-Haus der Kunst, Munich (2021); ‘cul-de-sac’, The Royal Academy of Arts, Londra (2019); ‘Phyllida Barlow: folly’, La Biennale di Venezia, British Pavilion, Venezja (2017); ‘ARTIST ROOMS: Phyllida Barlow’, Turner Contemporary, Margate (2017); ‘demo’, Kunsthalle Zürich, Zurich (2016); ‘tryst’, Nasher Sculpture Center, Dallas (2015); ‘set’, Fruitmarket Gallery, Edinburgh (2015); ‘dock’, the Duveen Commission at Tate Britain, Londra (2014); ‘scree’, Des Moines Art Center, Des Moines (2013).

Ritratt: Cat Garcia. © Royal Academy of Arts, Londra. Bil-permess ta Phyllida Barlow.

Share

Skip to content