Patrik Fredrikson u Ian Stallard bdew il-kollaborazzjoni tagħhom fl-1995 u minn dak iż-żmien saru magħrufa internazzjonalment bħala esponenti ewlenin tal-arti u d-design avant-garde Brittaniċi. Magħrufa sew għall-kapaċità li jsarrfu l-kreattività tagħhom fi skultura, għamara u disinn tal-prodott sempliċi iżda li jinvolvi emozzjonalment. Ix-xogħol rivoluzzjonarju u kunċettwalment rigoruż tagħhom ġie diskuss u mfaħħar regolarment fl-istampa dwar id-design u huwa mfittex kemm mill-kollezzjonisti kif ukoll mill-produtturi tal-għamara.
Fredrikson Stallard esibew f’bosta postijiet madwar id-dinja, inkluż f’Londra, Milan, Pariġi, Madrid, New York, San Francisco, Shanghai, Beijing, Basel u Miami. Ix-xogħol tagħhom inkiseb mill-Kollezzjoni tal-Arti Nazzjonali Franċiża u darbtejn mill-Victoria and Albert Museum, u ntwera fid-Design Museum ta’ Londra, il-MOMA u l-Museum of Art and Design ta’ New York.
Fredrikson Stallard rebħu premjijiet mill-aktar prestiġjużi għad-design, inkluż ir-Red Dot Design Award u The Arts Foundation Furniture Design Fellowship, kompetizzjoni li ssir biss kull 10 snin. Ix-xogħol ġie vvutat fl-aqwa għaxar designs tal-aħħar deċennju minn The Financial Times, innominat għad-Designer tas-Sena mid-Design Museum, u inkluż fl-aqwa 3 designs l-aktar kollezzjonabbli mill-HSBC Private Bank.
Il-klijenti tagħhom inkludew ismijiet ewlenin fid-design kontemporanju, fosthom Swarovski, David Gill Gallery, Brioni, Jaguar, Driade, Chanel, Gieves & Hawkes, Veuve Clicquot, Wallpaper*, Comme des Garçons, The British Independent Film Awards, Dunhill, The London Design Festival, Bernhardt Design, Contrast Gallery, Tools Gallery, Mitterand Cramer, The Savoy Hotel, Soho & Tribeca Grand, Tarkett u Ilittala.
Xogħolhom jingħata kopertura estensiva mill-istampa u l-editorija, u jidhru f’kotba u pubblikazzjonijiet bħal The International Design Yearbook, The Furniture Machine by Gareth Williams, Collection Design in a Contemporary Market, 21st Century design by Marcus Fairs, The New York Times, Art & Auction, Architectural Digest, Vogue, Wallpaper*, Vanity Fair, Art Review, Interni, ID u ħafna oħrajn.
Ħajr għar-ritratt: Roger Deckker
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024