Open Days fil-MICAS - Dħul b’xejn għall-wirja ta’ Joana Vasconcelos nhar is-Sibt u l-Ħadd, 7-8 ta’ Diċembru

Iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Arti Kontemporanja ta' Malta (MICAS) qed jiċċelebra l-ftuħ trijonfali tal-ewwel wirja tiegħu tal-artista Portugiża Joana Vasconcelos bil-weekend tas-7 u t-8 ta’ Diċembru bi dħul b’xejn, f’atmosfera festiva għad-divertiment tal-familji kollha!

L-Ispazju Malti għall-Arti Kontemporanja Internazzjonali – MICAS – se jiċċelebra l-ftuħ trijonfali tal-ewwel wirja tiegħu tal-artista rinomata Portugiża Joana Vasconcelos, b’ Open Weekend speċjali li se jsir is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru.
Dawk li jħobbu l-arti, kif ukoll familji, u kemm żgħar u kbar, se jkollhom aċċess b’xejn għall-wirja ta’ Vasconcelos fil-galleriji maestużi ta’ MICAS, b’atmosfera festiva li tinkludi wirjiet gwidati għat-tfal, attivitajiet edukattivi, logħob tradizzjonali u mużika live għal kulħadd.
“Dan se jkun weekend speċjali ħafna għall-familji kollha u għal dawk li għadhom ma esperjenzawx il-wirja ta’ Vasconcelos, b’ żewġt ijiem fejn il-MICAS ikun miftuħ b’xejn għal kulħadd,” qalet iċ-chairperson eżekuttiva Phyllis Muscat.
“Din hi opportunità kbira għal kulħadd biex jesperjenzaw l-iktar destinazzjoni kulturali ġdida ta’ Malta, u jammiraw l-arkitettura ta’ din il-parti storika tal-fortifikazzjonijiet tal-Kavallieri, li sa ftit żmien ilu kienet inaccessibbli għall-poplu, kif ukoll jaraw l-installazzjonijiet mlewna ta’ Joana Vasconcelos,” żiedet tgħid Muscat.
MICAS se tospita żjarat gwidati għat-tfal tal-wirja ta’ Vasconcelos, għal gruppi ta’ kull età bejn ħames snin u 15-il sena, kif ukoll workshops ta’ attivitajiet.
Attivitajiet oħra jinkludu tour dwar l-arkitettura storika tas-sit ta’ MICAS, kif ukoll żjarat gwidati għall-etajiet kollha, kemm għall-wirja ta’ Vasconcelos kif ukoll għax-xogħlijiet tal-artist kontemporanju Ingliż Conrad Shawcross.
Fost l-attivitajiet tal-ġurnata se jkun hemm logħob tul l-ispjanata tal-MICAS, bħaċ-ċess fuq bord kbir, logħob tradizzjonali Maltin bħal brilli, boċċi, u passju, blokki kbar ta’ Jenga, kif ukoll logħob tal-arċerija għal min irid jipparteċipa.
It-tfal u l-ġenituri tagħhom se jkunu wkoll jistgħu jieħdu sehem f’‘kaċċa għall-pjanti’ ta’ MICAS, fejn iridu jsibu l-pjanti li jaqblu ma’ dawk minn bosta speċi endemiċi li jżejnu l-kampus tal-mużew, kif ukoll iħawlu żrieragħ u anke jpittru fuq il-weraq.
Dr Georgina Portelli, membru tal-bord ta’ MICAS u chair tal-kumitat edukattiv tagħha, qalet li l-viżitaturi se jaraw kif aktar minn 6,000 metru kwadru ta’ dan l-ispazju storiku fil-Floriana issa ġie miġjub lura, fi spazju għall-arti u l-kultura.
“Li qed jiġri fil-MICAS, huwa essenzjalment, intervent kontemporanju fi ħdan il-pajsaġġ storiku tal-Furjana, li japproprija mill-ġdid dawn il-bastjuni inkredibbli u bi dritt jiddemokratizza l-ispazju,” tistqarr Portelli dwar il-MICAS
“Mhux biss żgurajna l-konservazzjoni kontinwa tagħhom u ssalvagwardjajna wirt kulturali u żoni ta’ pajsaġġ b’valur għoli, imma qed nagħmlu dan kollu billi niffaċilitaw l-aċċess għall-arti.”
Fil-MICAS in-nies ikunu jistgħu jaraw ukoll skulturi bħall-The Radiant ta’ Ugo Rondinone u The Dappled Light of the Sun (Formation 1) ta’ Conrad Shawcross – parti minn kollezzjoni li l-quddiem se jkun fil- Ġnien tal-Iskultura ta’ MICAS, li se jiġi inawgurat fl-2025.
“L-iżvilupp tal-Ġnien tal-Iskultura u spazji miftuħa u terazzini oħrajn se jagħtu lill-pubbliku aktar aċċess għal mixjiet storiċi, spazji ekoloġiċi, spazji miftuħa, u veduti tal-baħar li ilhom moħbija,” żiedet Portelli.

PROGRAMM TAL-AVVENIMENTI

Skopri, Tgħallem, u Ilgħab: Open Weekend fil-Mużew

Fis-7 u t-8 ta’ Diċembru, il-MICAS se jtella’ Open Weekend spirituż, li fih se jlaqqa’ l-arti, l-istorja, in-natura, u l-logħob f’ċelebrazzjoni mimlija divertiment għal kull età. Dan il-jum huwa eżempju tal-impenn tal-mużew biex jinvolvi lill-komunità permezz ta’ attivitajiet kreattivi u edukattivi, li kollha se jseħħu fil-kampus storiku u l-ispazji wiesgħa fil-beraħ tiegħu.

Esplora l-Pajsaġġ Storiku

Ibda ż-żjara tiegħek b’tour tal-arkitettura storika tal-kampus tal-mużew, il-pajsaġġ storiku mimli stejjer u uniku tal-Ospizio l-Antik. Tours iggwidati se jikxfu l-istorja affaxxinanti li teżisti wara l-arkitettura militari tas-sit kif ukoll ix-xogħol riċenti kontemporanju li sar fuqu, u b’hekk se joffru għarfien dwar kif l-arti, il-kultura, u l-patrimonju jagħġnu l-inħawi tagħna.

Attivitajiet Kreattivi u Edukattivi għat-Tfal u l-Adolexxenti

L-Open Weekend jitfa’ dawl fuq il-programmi edukattivi tal-mużew, b’attivitajiet imfasslin għal tfal f’faxxi ta’ età differenti:
  • Għat-Tfal ta’ 5-7 u 8-10:
    Mixjiet interattivi fil-galleriji se jintroduċu lit-tfal għax-xogħlijiet artistiċi kuraġġużi u mlewna ta’ Joana Vasconcelos, bħal Valkyrie MumbetLoftGarden of Eden, u Tree of LifePermezz ta’ osservazzjoni, rakkuntar ta’ stejjer, u esplorazzjoni sensorjali, il-viżitaturi ċkejknin se jiġu xprunati biex jimmaġinaw u jimpenjaw ruħhom fl-arti b’modi ġodda.
    Wara l-mixjiet se jkun hemm workshops li jistiednu lit-tfal joħolqu l-kreaturi maġiċi tagħhom jew is-Siġra tal-Ħajja skonthom permezz ta’ materjali sempliċi u mlewna ispirati mit-tekniċi uniċi ta’ Vasconcelos.
  • Għall-Adolexxenti ta’ 11-12 u 13-15
    L-adolexxenti se jidħlu aktar fit-temi u t-tekniċi li jinsabu fix-xogħlijiet artistiċi ta’ Joana Vasconcelos. Wara mixja fil-gallerija li fiha se jesploraw l-użu tal-materjali u r-rakkuntar tal-istejjer, l-adolexxenti se joħolqu l-iskulturi tagħhom ispirati mill-arti ta’ Vasconcelos. Dawn l-attivitajiet se jixprunawhom biex jaħsbu b’mod kritiku dwar kif l-arti tbiddel oġġetti ta’ kuljum u simboli kulturali f’espressjonijiet sinifikanti.

Divertiment Ispirat min-Natura

Il-ġnien naturali u l-mixtla tal-mużew joffru diversi attivitajiet prattiċi bit-tema tan-natura għat-tfal:
  • Fittex il-pjanti indiġeni biex tiskopri l-ġmiel tal-flora lokali.
  • Kun kreattiv permezz tat-tpenġija tal-weraq jew tgħallem dwar is-sostenibbiltà billi tiżra’ ż-żrieragħ.
    Dawn l-attivitajiet jgħaqqdu l-arti u l-ekoloġija, u joħolqu pont għall-parteċipanti żgħar bejnhom u n-natura flimkien mal-inizjattivi ekoloġiċi tal-mużew.

Divertiment għal Kull Età: Logħob fuq Barra

Għal dawk ħerqana li jieħdu pjaċir jilagħbu logħob tradizzjonali u jiċċaqalqu ftit, l-Open Weekend se joffri wkoll:
  • Logħbiet Maltin klassiċi bħall-boċċiil-brilli, u l-passju, li se joffru dewqa nostalġika tal-patrimonju lokali.
  • Chess ĠganteskJenga Ġganteska li huma perfetti biex jittestjawlek il-ħiliet strateġiċi tiegħek.
  • Sparar bil-Qaws, li fiha l-preċiżjoni u l-fokus huma tal-akbar importanza.
Għall-entużjasti tal-arti, tour fuq ġewwa u barra se jitfa’ dawl fuq ix-xogħlijiet ta’ Joana Vasconcelos, Conrad Shawcross u Ugo Rondinone, tour li se juri l-ħolqa li teżisti bejn l-arti kontemporanja u l-madwar storiku.

Weekend għal Kulħadd

L-Open Weekend huwa mfassal biex jispira lill-viżitaturi ta’ kull età. It-tfal jistgħu jilagħbu u jimmaġinaw, l-adolexxenti jistgħu jesploraw il-potenzjal kreattiv tagħhom, u l-familji jistgħu jaqsmu mumenti sinifikanti flimkien, billi jitgħallmu fuq l-arti, l-istorja, jew l-ambjent.
Ingħaqad magħna fis-7 u t-8 ta’ Diċembru għal din iċ-ċelebrazzjoni dinamika ta’ arti, arkitettura, storja, u natura. Id-dħul huwa b’xejn, l-iskeda hija mimlija attivitajiet, u għalhekk żgur hemm xi ħaġa li minnha jista’ jgawdi kulħadd!
Id-Data:           Is-7 u t-8 ta’ Diċembru
Il-Ħin:              Mill-10:00 sal-17:00
L-Attivitajiet:   Boċċi, Brilli, Passju, Chess Ġgantesk, Jenga Ġganteska, Sparar bil-Qaws
                        (Ma hemmx bżonn ta’ booking)
                        Tpenġija fuq il-Weraq, Tiżrigħ ta’ Żrieragħ u Tfittxija għall-Pjanti

Il-bookings jistgħu isiru fuq bookings.micas.art

 

 

 

 

 

Ħin

Attività

Kategorija

Booking

Eta

10:00hrs -17:00hrs

Bocci, Brilli, Passju, Giant Chess, Giant Jenga

Għall-etajiet kollha

Mhux meħtieġ

Għall-etajiet kollha

10:00hrs -17:00hrs

Sparar bil-Qaws

Adulti

Mhux meħtieġ

Għall-etajiet kollha

10:00hrs

Tpenġija tal-Weraq

Tfal

Meħtieġ

5-7   

11:30hrs

Tpenġija tal-Weraq

Tfal

Meħtieġ

5-7

13:00hrs

Tpenġija tal-Weraq

Tfal

Meħtieġ

5-7

14:30hrs

Tpenġija tal-Weraq

Tfal

Meħtieġ

5-7

10:00hrs

Tour tal-Arkitettura Storika tal-MICAS (Ġewwa u Barra)

Adulti

Meħtieġ

Għall-etajiet kollha

13:00hrs

Tour tal-Arkitettura Storika tal-MICAS (Ġewwa u Barra)

Adulti

Meħtieġ

Għall-etajiet kollha

10:30hrs

Tfittxija għall-Pjanti

Tfal

Meħtieġ

10-15

12:00hrs

Tfittxija għall-Pjanti

Tfal

Meħtieġ

10-15

15:00hrs

Tfittxija għall-Pjanti

Tfal

Meħtieġ

10-15

10:30hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 5-7-il sena

Tfal

Meħtieġ

5-7

10:45hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 8-10-il sena

Tfal

Meħtieġ

8-10  

12:00hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 11-12-il sena

Tfal

Meħtieġ

11-12

12:15hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 13-15-il sena

Tfal

Meħtieġ

13-15

13:30hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 5-7-il sena

Tfal

Meħtieġ

5-7

13:45hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 8-10-il sena

Tfal

Meħtieġ

8-10  

15:00hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 11-12-il sena

Tfal

Meħtieġ

11-12  

15:15hrs

Mixja fil-Gallerija u Workshop għal tfal 13-15-il sena

Tfal

Meħtieġ

13-15

11:45hrs

Tiżrrigħ ta’ Żrieragħ

Tfal

Meħtieġ

8-12  

13:15hrs

Tiżrrigħ ta’ Żrieragħ

Tfal

Meħtieġ

8-12  

14:45hrs

Tiżrrigħ ta’ Żrieragħ

Tfal

Meħtieġ

8-12  

11:00hrs

Tour tal-Esebizzjonijiet: Joana Vasconcelos & Conrad Shawcross

Adulti

Meħtieġ

NA

13:00hrs

Tour tal-Esebizzjonijiet: Joana Vasconcelos & Conrad Shawcross

Adulti

Meħtieġ

NA

15:00hrs

Tour tal-Esebizzjonijiet: Joana Vasconcelos & Conrad Shawcross

Adulti

Meħtieġ

NA

15:30hrs – 17:00hrs

Mużika live

 

Mhux meħtieġ

 

Skip to content