Nora N. Khan

Nora N. Khan hija kittieba. Il-prattika tagħha tieħu l-forma ta’ kritika, b’enfasi fuq kultura viżiva diġitali u arti li tagħmel argumenti permezz tas-softwer, it-tagħlim, u firxa ta’ kollaborazzjonijiet artistiċi, minn libretti tal-opri għal installations (xogħlijiet tridimensjonali). Hija professur f’Rhode Island School of Design in Digital + Media (D + M), fejn tgħallem il-kitba, il-kritika sperimentali, it-teorija kritika u r-riċerka artistika lil studenti gradwati (MFA) f’D + M, id-Disinn Grafiku, u d-Disinn Industrijali. Hija ilha għal żmien twil editur ta’ Rhizome, u attwalment ta’, Prototype, il-ktieb tal-Grupp ta’ Artisti u tal-Intelliġenza tal-Magni ta’ Google. Fl-2020, hija se tkun mistiedna bħalha kuratriċi għall-esibizzjoni Manual Override, f’The Shed, li fiha se jkun hemm Lyn Hersman Leeson, Sondra Perry, Simon Fujiwara, Morehshin Allahyari, u Martine Syms.

Hija ppubblikat stejjer immaġinarji u kritika f’magażins għal għaxar snin, f’postijiet bħal Art in America, Flash Art, Village Voice, u Mousse. Il-ktieb tagħha Seeing, Naming, Knowing, polemika dwar il-viżjoni tal-magna u superviżjoni mbassra, kien ippubblikat fl-2019 minn The Brooklyn Rail, u bl-Ispanjol bħala Ser, Nombrar, Saber, minn diSONARE (il-Belt tal-Messiku). Fl-2017, flimkien mal-artist u kittieb Steven Warwick, hija kitbet Fear Indexing the X-Files (Primary Information, 2017). Li jmiss huwa ktieb ġdid, The Artificial and the Real (Art Metropole, 2019). Hija ta’ spiss tikkontribwixxi wkoll kitbiet għal esibizzjonijiet, bħal Serpentine Galleries (Ian Cheng u Sondra Perry), MAXXI, HeK Basel, Chisenhale Gallery (Yuri Pattison), il-Biennale ta’ Venezja — Paviljun Estonjan (Katja  Novitskava), Istitut Żvizzeru/Centre Pompidou u Kunstverein f’Hamburg (Jeremy Shaw), f’kotba ppubblikati minn Koenig Books, Sternberg, CURA, Mousse, u Information Office.

Is-sena l-oħra, hija kkollaborat ma’ Sondra Perry, Caitlin Cherry, u American Artist biex toħloq A Wild Ass Beyond ApocalypseRN f’Performance Space fi New York. Il-kitbiet tagħha ġew appoġġati minn Fogo Island Arts (Islands Arts Writing Residency, 2019), Critical Writing Grant (Visual Arts Foundation and Crossed Purposes Foundation, 2018), Eyebeam Research Residency (2017), u Thoma Foundation 2016 Arts Writing Award in Digital Art. Il-kitbiet tagħha ġew tradotti fil-lingwa Ġermaniża, Taljana, Tajlandiża, u Ċiniża.

Share

Skip to content