Il-Politika tal-Programm Artistiku tal-MICAS

Il-MICAS, bħala istituzzjoni governattiva għall-arti mingħajr skop ta’ qligħ li tipprijoritizza l-arti u l-kultura kontemporanja, jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu biex jimpenja ruħu mal-viżitaturi u jinfurmahom dwar l-arti viżiva permezz ta’ skeda diversa ta’ esibizzjonijiet u programm ta’ klassi mondjali.

L-Innovazzjoni u l-Impenn: It-Twaqqif ta’ Identità bħala Istituzzjoni Ġdida

Il-MICAS, b’eċċezzjoni għall-iskulturi li jakkwista għall-kampus tiegħu, huwa mużew li ma jiġborx kollezzjonijiet. Għalhekk, il-mod ewlieni biex juri d-distinzjoni u l-ambizzjoni tiegħu huwa permezz ta’ programm ta’ esibizzjonijiet u firxa ta’ attivitajiet pubbliċi u akkademiċi. Huwa l-għan tal-MICAS li jistabbilixxi identità artistika b’saħħitha. Huwa billi l-pubbliku Malti jtejjeb il-fehim u l-apprezzament tiegħu tal-kontemporanju, l-iżgurar li Malta ssir parteċipant attiv fl-arti kontemporanja fuq livell globali u t-tqarrib tal-arti u l-artisti Maltin lejn konverżazzjoni mal-komunità artistika internazzjonali li jagħtu lill-istituzzjoni relevanza. Barra minn hekk, il-ġeografija u l-istorja ta’ Malta, kif ukoll ix-xena kulturali attiva se toffri perspettiva unika fuq l-arti kontemporanja.

L-Ambitu Internazzjonali/L-Impatt Lokali: L-Attivazzjoni tal-Potenzjal Uniku tal-MICAS

Il-mandat fundamentali tal-MICAS jiddikjara lill-istituzzjoni bħala mużew internazzjonali. Il-kostituzzjoni u l-governanza tiegħu jiżguraw l-indipendenza tiegħu biex jilħaq l-għan tat-twaqqif tiegħu.

Il-MICAS, biex jistabbilixxi lilu nnifsu bħala mużew importanti fi stadju internazzjonali, għandu jiżviluppa u jżomm programm li jiddistingwih permezz ta’ innovazzjoni u impenn lejn l-ogħla standards artistiċi u intellettwali. Għalhekk, huwa neċessarju li din l-istituzzjoni ġdida tqiegħed lilha nnifisha fuq quddiem nett biex tidentifika u tinterroga tendenzi ġodda u emerġenti fl-arti kontemporanja.

Approċċ bħal dan għandu jkun ikkunsidrat kruċjali għall-istrateġiji tal-MICAS biex jinvolvi udjenzi ġodda u fl-aħħar mill-aħħar iħalli impatt wiesa’ fuq il-komunità artistika ta’ Malta. Fil-fatt, abbażi tar-rikonoxximent li t-tressiq lejn Malta ta’ arti kontemporanja minn madwar id-dinja li tikkonsisti f’xogħlijiet kumplessi jista’ jkun katalittiku, u aħna għandna l-viżjoni li l-istituzzjoni tal-MICAS issir parti integrali mix-xena kulturali kontemporanja f’dan il-pajjiż.

It-Tmexxija tal-Programm

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, l-esibizzjonijiet u l-programmi tal-MICAS huma ppjanati b’reqqa u mmexxija mill-Kumitat tal-Kreattività, li huwa magħmul primarjament minn professjonisti tal-arti b’rabtiet b’saħħithom mad-dinja tal-arti kontemporanja u membri ta’ persunal eżekuttiv anzjan, li jwieġeb lill-bord tal-MICAS. Biex jinħoloq programm ħaj u li jħares ’il quddiem kif inhu mistenni minn din l-istituzzjoni, il-MICAS qed jaderixxi mal-prattika li ilha stabbilita fil-mużewijiet internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ, li permezz tagħha jiddefinixxi u jimplimenta l-programm tiegħu b’reqqa minflok ifittex soluzzjonijiet minn partijiet terzi li jistgħu jieħdu lill-istituzzjoni f’direzzjonijiet differenti u anki forsi kuntradittorji.

Madankollu, il-kollaborazzonji hija mħaddna bħala valur istituzzjonali u hija l-intenzjoni tal-MICAS li jfittex fehmiet lokali fil-programmar u jsawwar relazzjonijiet b’saħħithom ma’ mużewijiet internazzjonali bħala msieħba biex jikkollabora fuq proġetti ta’ esibizzjoni jew opportunitajiet ta’ touring, jirrikonoxxi l-valur ta’ relazzjonijiet bħal dawn kemm fuq livell kulturali kif ukoll fuq livell finanzjarju. Għalhekk huwa essenzjali, li biex il-MICAS jingħaraf mill-istandards konsistenti, l-ambizzjoni u l-iskedar meqjus tal-programm tiegħu, jattira msieħba internazzjonali bħal dawn.

 

Il-Programm

Il-MICAS waqqaf għalih innifsu diversi miri kumplimentari għall-programm ta’ esibizzjonijiet tiegħu:

– Jinvolvi l-udjenzi lokali.

– Jinvolvi udjenzi internazzjonali personalment u permezz ta’ preżentazzjonijiet ta’ esibizzjonijiet online.

– Jinforma u jeduka l-udjenzi dwar l-arti kontemporanja u l-esponenti tagħha kemm personalment kif ukoll virtwalment.

– Jistabbilixxi relazzjonijeit kollaborattivi ma’ stabbilimenti edukattivi lokali.

– Jirrikonoxxi u jiċċelebra artisti bbażati Malta li joperaw fl-ogħla livell.

– Jistabbilixxi pożizzjoni ta’ relevanza fi stadju internazzjonali għall-kontribuzzjoni tal-programm tiegħu.

– Irawwem sħubijiet internazzjonali.

Sommarju

Biex jintlaħqu l-ħafna ambizzjonijiet tal-programm ta’ esibizzjonijiet tal-MICAS, li huwa mfassal biex jistabbilixxi u jżomm il-pożizzjoni tiegħu fuq stadju globali, il-programm jeħtieġ li jkun immexxi b’mod strateġiku biex ikun marbut mill-qrib max-xena tal-arti kontemporanja li dejjem qed tinbidel.

Il-programm se jippreżenta skeda diversa ta’ esibizzjonijiet ambizzjużi li huma intellettwali imma fl-istess ħin aċċessibbli għall-udjenzi tagħna. Esibizzjonijiet individwali ta’ artisti stabbiliti se jkunu bbilanċjati ma’ esibizzjonijiet ta’ gruppi magħżula b’reqqa u b’opportunitajiet biex jintwerew ix-xogħlijiet ta’ artisti emerġenti.

Minn żmien għal żmien, l-għeruq tal-arti kontemporanja se jiġu eżaminati mill-ġdid permezz ta’ interrogazzjonijiet ġodda tal-istorja tal-arti u l-moderniżmu.

Il-programm, waqt li jippreżenta esibizzjonijiet ta’ klassi mondjali, se jirrifletti u jiċċelebra wkoll il-karatteristiċi uniċi tiegħu – l-indipendenza, il-lokazzjoni, l-istorja kulturali, il-konessjonijiet u l-arkitettura globali – li dawn jagħmlu lill-MICAS uniku.

© Malta International Contemporary Art Space 2024

Skip to content