It-twaqqif ta’ kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi, permezz ta’ xiri jew donazzjonijiet, mhux objettiv fundamentali għall-MICAS. Madankollu, meta titqies l-arja estensiva tiegħu u l-pjanijiet għal Ġnien tal-Iskultura, fil-bidu tal-iżvilupp tal-istituzzjoni ġie maqbul li għandha tinġabar kollezzjoni ta’ skultura kontemporanja biex eventwalment tiġi installata madwar il-kampus biex il-viżitaturi jkunu jistgħu jesplorawha u jgawduha.
Għall-MICAS huwa importanti, kif ukoll b’sens ta’ rispett lejn il-komunità li huwa jservi, li l-artisti ingaġġati biex jipproduċu xi xogħol għall-kollezzjoni għandhom l-ewwel jiksbu għarfien ta’ Malta u l-kultura tagħha, kif ukoll tas-sit fejn ix-xogħol artististiku se jitqiegħed. Kien ġie previst li l-artisti ingaġġati għandhom isiru efettivament ambaxxaturi globali tal-MICAS u għalhekk, ikun neċessarju li jinvolvu ruħhom bi sħiħ mal-MICAS u l-missjoni tiegħu, u li dan l-involviment jinforma l-għażla u eventwalment it-tqegħid ta’ xogħolhom.
Il-Kriterji li Jiggwidaw l-Akkwisti
Kull deċiżjoni marbuta ma’ akkwisti għandha tikkunsidra l-bżonnijiet tal-kollezzjoni tal-iskultura fuq barra, u qabelxejn il-kundizzjoni tax-xogħol u l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni u l-manteniment tagħha. Huwa wkoll neċessarju li l-fondi pprovduti mill-gvern għal dan il-għan jintefqu b’mod responsabbli: kull xiri ta’ xogħol artistiku jrid jiġi nnegozjat b’mod li jiġu żgurati l-aqwa prezzijiet għall-MICAS.
Il-Limitazzjonijiet fuq il-Kollezzjoni
Il-MICAS jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu fl-akkwist ta’ xogħlijiet għall-kollezzjoni, u għandu jiżgura li jsiru l-arranġamenti xierqa għall-użu, il-kura u d-dokumentazzjoni tal-kollezzjoni, skont l-istandards tas-settur, fejn relevanti. Il-MICAS jakkwista biss xogħlijiet li stabbilixxew reputazzjoni internazzjonali rinomata. Għandha titwettaq diliġenza biex jiġi żgurat li fil-proċess tal-ħolqien u l-installazzjoni tax-xogħol artistiku ma tinkiser beda liġi li Malta addottat rigward protezzjoni tan-natura, użu tal-materjal jew esplojtazzjoni tal-ħaddiema.
L-Awtorità u l-Parir Artistiku
Il-bord tal-MICAS qabel jidħol f’kuntratt għall-akkwist ta’ xogħol, jikkonsulta mal-membri tal-Kumitat tal-Kreattività, li min-naħa tiegħu jidħol fi djalolgu ma’ professjonisti tal-arti internazzjonali. Qabel isir l-akkwist, ir-rakkomandazzjonijiet kollha jitpoġġew quddiem il-bord għal approvazzjoni finali.
Il-Kumitat tal-Kreattività, minbarra li jiżgura ruħu dwar l-istatus internazzjonali tal-artisti magħżula, l-adegwatezza tax-xogħol għas-sit, u l-investiment li dan ix-xogħol jirrappreżenta, jiżgura li r-riċerka tiegħu se tippermettilu biex jagħżel uħud mill-aqwa artisti fix-xena bħalissa biex jikkontribwixxu għal korp ta’ xogħlijiet divers li l-viżitaturi tal-MICAS jistgħu jinfurmaw ruħhom u jiġu ispirati bih. Jista’ jkun hemm okkażjonijiet li r-rakkomandazzjonijiet ta’ xogħol ikun il-legat ta’ esibizzjoni li tella’ l-MICAS stess.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024