Id-diretturi tal-MBL, Ivan Mifsud u Michaela Mifsud

Mifsud Brothers, kumpanija speċjalizzata fl-immaniġġjar ta’ destinazzjonijiet tingħaqad mal-Iskema ta’ Patruni tal-MICAS

Il-kumpanija ta’ maniġġjar ta’ destinazzjonijiet MBL tilħaq tragward sinifikanti bħala l-ewwel kumpanija fin-network ta’ patruni kulturali tal-MICAS

Il-MICAS bi pjaċir iħabbar li l-kumpanija Mifsud Brothers Limited (MBL) hija l-ewwel patrun uffiċjali tiegħu, u dan huwa tragward sinifikanti fit-tkabbir tan-network ta’ patruni kulturali mal-MICAS. MBL, kumpanija tal-familja, fis-sitt ġenerazzjoni familjali, topera l-kumpanija speċjalizzata fl-immaniġġjar ta’ destinazzjonijiet – 20Twenty – li għandha preżenza twila fis-setturi turistiċi u marittimi ta’ Malta.
Liċenzjata mill-Awtorità tat-Turiżmu, 20Twenty tikkura esperjenzi awtentiċi tal-ogħla livell għal cruises ta’ kwalità u lussużi kif ukoll għal mistednin fuq superyacths, waqt li tfassal ukoll programmi personalizzati għal vjaġġaturi indipendenti, gruppi b’interessi speċjali u klijenti korporattivi.
“Huwa ta’ pjaċir kbir għalina li qed nilqgħu lill-MBL bħala l-ewwel patrun uffiċjali tal-MICAS,” ikkummentat il-Kap Eżekuttiv, Phyllis Muscat. “Mil-lum ’il quddiem, MBL saret parti minn network dinamiku ta’ patruni u sħab li huma impenjati biex isaħħu l- ekosistema kulturali ta’ Malta, u biex ipoġġu l-arti kontemporanja fil-qalba tal-ħajja pubblika.”
Id-Direttriċi Maniġerjali tal-MBL, Michela Mifsud, qalet li l-appoġġ għall-MICAS permezz ta’ programm ta’ sħubija korporattiva huwa kemm impenn għall-aktar destinazzjoni kulturali ġdida ta’ Malta kif ukoll sħubija naturali għal kumpanija li tfassal esperjenzi speċjali għall-klijenti VIP tagħha.
“20Twenty għandha rabtiet mal-komunità globali ta’ diżinjaturi ta’ vjaġġar lussuż u ultralussuż, u din l-isħubija tirrinforza l-prospetti internazzjonali u l-impenn tagħha għall-eċċellenza. Naħdmu ma’ network ikkurat ta’ esperti lokali u fornituri ta’ servizzi biex noħolqu esperjenzi li jirrispettaw kemm id-destinazzjonijiet kif ukoll il-komunitajiet tagħhom, waqt li nwasslu sens qawwi tal-post.”

Iżjed informazzjoni dwar l-iskema Patrunaġġ MICAS hawn

Skip to content