Courtesy of

Michele Tufigno

5 ta' Ottubru 2023

Michele Tufigno huwa direttur kreattiv u riċerkatur. Studja l-liġi fl-Università ta’ Malta u wara waqqaf Studio Tufigno, uffiċċju ta’ konsulenza kreattiva bbażat fil-Belt Valletta f’Malta, li ffokat fuq tiżjin ta’ ġewwa, konsulenza u kurazzjoni artistika fl-isferi tal-pubblikazzjoni u l-arti kontemporanja. Mexxa t-tiżjin mill-ġdid ta’ diversi residenzi u binjiet pubbliċi, u ppubblika artikli f’pubblikazzjonijiet lokali u internazzjonali. Fost l-aktar xogħlijiet riċenti tiegħu nsibu l-editjar ta’ Għonnella: Deconstructing the Garment [Għonnella: Dekostruzzjoni ta’ din il-libsa](Midsea Books, 2022), il-kurazzjoni tal-wirja tal-artist viżi Kane Calì msemmija I don’t have a theory, I just have a feeling [M’għandix teorija, għandi biss sensazzjoni] (2022) u koproduċa The Queen’s House [Id-Dar tar-Reġina] u A Little Rock with a Long History [Blata Żgħira bi Storja Kbira] għall-pubblikazzjoni internazzjonali dwar disinn Cabana Magazine (2023).

Sign up for
our Newsletter

No spam included.