Ir-raba’ edizzjoni tal-Weekend Internazzjonali tal-Arti tal-MICAS ċċelebrat x-xogħol tal-artista Amerikana Michele Oka Doner: The Palm Goddess for Malta.
Imwielda u mrobbija Miami, Michele Oka Doner hija artista rinomata internazzjonalment b’karriera mifruxa fuq sitt deċennji. Xogħolha huwa mmexxi minn studju u apprezzament tul ħajjitha tad-dinja naturali li minnha tiġbed il-vokabolarju formali tagħha. Il-medda tal-produzzjoni artistika tagħha tiġbor fiha l-iskultura, it-tpinġija, l-arti pubblika, oġġetti funzjonali, video, kotba tal-artisti, u d-disinn tas-sett u l-kostumi. Magħrufa sew għall-ħolqien ta’ bosta installazzjonijiet permanenti tal-arti madwar l-Istati Uniti.
The Palm Goddess for Malta hija xogħol tal-arti li jħaddan it-tradizzjoni figurattiva tal-imgħoddi antik. L-iskultura titnebbaħ ukoll mill-weraq monumentali tal-Phoenix dactylifera, palma li tinstab fil-gżejjer Maltin. Din il-forma astratta imma definittivament femminili hija għolja madwar 4 metri, figura tielgħa ’l fuq u miżmuma minn ‘zokk’ ta’ madwar żewġ metri li jissimbolizza t-tkabbir mill-ħamrija Maltija. Bħal ma l-biċċa l-kbira tas-sejbiet arkeoloġiċi jirrappreżentaw divinità, xi ħaġa sagra, The Palm Goddess tinkarna l-aspirazzjoni umana u x-xewqa li tittella’ ’l fuq u titmexxa ’l quddiem mill-espressjoni kreattiva. L-opra qiegħda installata Pjazza Teatru Rjal, il-Belt.
Aktar hawn: micas.art/mt/esibizzjonijiet
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.

© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024