MICAS u Skira Arte iħabbru l-pubblikazzjoni Joana Vasoncelos: Transcending the Domestic

Il-katalgu huwa l-ewwel kollaborazzjoni tal-MICAS mal-pubblikaturi magħrufa tal-arti Skira, ta’ Milan – pubblikatur ewlieni fil-pubblikazzjoni ta’ katalgi għal wirjiet internazzjonali tal-akbar artisti

L-iġded destinazzjoni Maltija għal kultura, il-MICAS, ħabbar il-pubblikazzjoni tal-katalogu tal-wirja tal-ftuħ, Joana Vasconcelos: Transcending the Domestic, li mmarkat it-tnedija tal-mużew tal-arti kontemporanja fil-Furjana f’Ottubru 2024.
Il-katalgu huwa l-ewwel kollaborazzjoni tal-MICAS mal-pubblikaturi magħrufa tal-arti Skira, ta’ Milan – pubblikatur ewlieni fil-pubblikazzjoni ta’ katalgi għal wirjiet internazzjonali tal-akbar artisti.
Bl-istandard ta’ diżinn u l-kwalità akkademiku għoli tiegħu, Joana Vasconcelos: Transcending the Domestic jinkludi kitba mil-kritiku tal-arti Jonathan Jones ta’ The Guardian, u intervista twila bejn id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney u l-artista ċelebri Joana Vasconcelos.
F’Malta, il-ktieb jinsab għall-bejgħ biss fil-MICAS kif ukoll online.
“Il-MICAS qed jiddokumenta din il-wirja b’pubblikazzjoni ta’ kwalità għolja li hija indispensabbli għal kull min iħobb l-arti, iżda wkoll rigal mill-isbaħ li kulħadd – żagħżagħ u anzjani – se jkunu kuntenti li jqattgħu l-ħin miegħu,” qalet iċ-ċerpersin eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat. “Impenjajna ruħna għall-ogħla standards f’dak li għandu x’jaqsam mal-pubblikazzjoni, f’kollaborazzjoni sħiħa mal-artista.”
Il-MICAS diġà ppubblika katalogi tal-wirjiet ta’ qabel il-ftuħ, bħal Between Sea And Land, u se jkun qed jipproduċi katalogi futuri għall-wirja attwali tiegħu ta’ Raymond Pitrè kif ukoll The Space We Inhabit – il-wirja ewlenija attwali tiegħu – kif ukoll il-wirja li ġejja li se tiġbor x-xogħol tal-artist Amerikan Milton Avery ma’ dawk ta’ diversi artisti Amerikani u Ewropej oħra.
“Din diġà kienet sena eċċitanti għall-MICAS – ftaħna fl-2024 bl-impatt li tal-wirja ta’ Vasconcelos. U bil-wirja ta’ Pitrè u tal-grupp Malti tagħna kmieni dis-sena, qalbna qawwija li l-pubblikazzjonijiet tagħna se jestendu l-missjoni tagħna hawnhekk,” qalet id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney. “L-edukazzjoni hija parti ewlenija mill-mandat tal-MICAS għall-arti kontemporanja viżiva, u d-dokumentazzjoni tax-xogħol tal-artisti li jaħdmu mal-MICAS, kif diġà għamilna fil-pubblikazzjonijiet annwali tagħna, huwa sforz kostanti.”
Dwar il-ktieb
Minn oġġetti ta’ kuljum iżda anke xi Għeden surreali, Joana Vasconcelos turi l-firxa tal-installazzjonijiet provokattivi tagħha ta’ oġġetti misjuba.
Imwielda fl-1971, l-artista Portugiża Joana Vasconcelos tiġbor oġġetti ta’ kuljum – ħafna drabi dawk assoċjati mal-femminilità – f’installazzjonijiet monumentali. Kif jissuġġerixxi t-titolu tagħha, din il-monografija tinkludi installazzjonijiet minn Vasconcelos li jmorru lil hinn mill-kultura materjalista, biex jindirizzaw esperjenzi aktar spiritwali.
Ippubblikat sabiex jiċċelebra l-ftuħ tal-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta u l-wirja inawgurali tiegħu mill-artista Portugiża, il-katalgu “Transcending the Domestic” jinkludi fotografija rikka tal-installazzjoni tal-wirja.
Il-ktieb fih xogħlijiet li ġew ppreżentati flimkien ma’ erba’ installazzjonijiet ewlenin tal-artista – Tree of Life, The Garden of Eden, Loft u Valkyrie Mumbet.
Dwar Skira
Id-dar tal-pubblikazzjoni Taljana Skira tkopri l-istorja kollha tal-arti u hija meqjusa bħala awtorità dinjija fuq l-arti. Imwaqqfa minn Alberto Skira fl-1928 b’pubblikazzjonijiet inawgurali dwar Picasso, Ovid u s-Surrealiżmu, illum Skira kkonsolidat il-pożizzjoni tagħha bħala pubblikatur ewlieni fid-dinja tal-arti biex tinkorpora l-bidla perpetwa tal-arti u l-ispirtu ta’ tagħlim mingħajr limiti.
Dettalji
Joana Vasconcelos: Transcending the Domestic (Hardback)
Editjat minn Edith Devaney
Pubblikatur: Skira
ISBN: 9788857253459
Numru ta’ paġni: 224
Dimensjonijiet: 240 x 300 mm
Lingwa: Ingliż
Skip to content