Iċ-ċerpersin eżekuttiv tal-MICAS, Phyllis Muscat

MICAS jinawgura l-wirja ta’ Milton Avery, eżebizzjoni unika f’ Malta

Wirja tal-arti bla precedent f’Malta: tiftaħ Colour, Form and Composition b’58 xogħol ta’ Milton Avery u seba’ artisti kontemporanji

L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta (MICAS) inawgura l-eżibizzjoni Colour, Form and Composition: Milton Avery and his Enduring Influence on Contemporary Painting – wirja sinifikanti ta’ iżjed minn 30 xogħol tal-ikona Amerikana tal-kulur, Milton Avery (1885-1965).
Dawn ix-xogħolijiet impressjonanti – it-tieni wirja biss ta’ dan it-tip fl-Ewropa – se jintwerew flimkien ma’ 28 oħrajn mill-artisti kontemporanji li jqisu lil Avery bħala influenza: Henni Alftan (Finlandiża), bint Milton, March Avery (Amerikana), Harold Ancart (Belġjan), Andrew Cranston (Skoċċiż), Gary Hume (Ingliż), Nicolas Party (Svizzeru) u Jonas Wood (Amerikan).
Il-wirja kienet inawgurata formalment miċ-chairperson eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat, nhar l-ewwel anniversarju minn ġie inawgurat uffiċċjalment il-Malta Contemporary.
“Il-wasla ta’ Milton Avery hawn il-MICAS huwa kemm għan milħuq iżda wkoll konferma tal-ambizzjoni tagħna. Din l-eżebizzjoni hija waħda mill-iżjed komprensivi li qatt ittellgħet fl-Ewropa dwar xogħol Avery – xi ħaġa bla precedent f’Malta, u moment ta’ kburija għalina fil-MICAS fejn bqajna nissiktu fil-missjoni tagħna biex nippreżentaw arti kontemporanja ta’ sinifikat globali,” Muscat qalet.
Muscat qalet li filwaqt li kull eżebizzjoni tal-MICAS s’issa kienet pont li għaqqad id-dinja internazzjonali tal-arti ma’ Malta, il-wirja Milton Avery kienet vetrina storika, akkumpanjata mix-xogħoijiet ta’ seba artisti kontemporanji, b’uħud mix-xoogħolijiet ikkreati speċifikament għal din l-eżebizzjoni.
“Kemm dawk li huma midħla tal-arti iżda wkoll dawk bil-kurżità dwar l-arti, se jiskopru kollezzjoni straordinarja, li qed tintwera biss għat-tieni darba fl-Ewropa, hawnhekk fil-MICAS. Ninsab ċerta li s-swali tal-MICAS, f’dan il-baħar ta’ kulur ta’ xogħol Avery u l-artisti li ġentilment aċċettaw l-istedina tagħna biex juru xogħolhom, se jkunu ta’ ispirazzjoni għal kull min iżurna,” qalet Muscat.
Il-wirja Milton Avery saret possibbli grazzi għal self ġeneruż mill-Milton Avery Trust, kif ukoll mis-seba’ artisti parteċipanti, bi sponsor addizzjonali minn Sally u Milton Avery Trust, Waqas Wajahat, Karma Gallery New York u Xavier Hufkens, Brussell; flimkien mal-appoġġ kontinwu tal-Ministeru għall-Kultural Artijiet u Gvern Lokali.
Din hija t-tielet wirja fl-ispazji ewlenin tal-gallerija MICAS, u s-sitt wirja minn meta nfetaħ il-MICAS eżattament sena ilu.
Id-Direttur Artistiku u l-kuratur tal-wirja Edith Devaney kellha kliem ta’ tifħir għall-istandard għoli li l-MICAS kien stabbilixxa għalih innifsu, sabiex kull wirja li ssir tkun ta’ kalibru u sinifikanti, tali li jkun ta’ livell daqs ta’ kwalunkwe mużew globalment.
Id-direttur artistiku tal-MICAS, Edith Devaney
“F’konformità mal-mandat ċar tagħna, din hija wirja tassew internazzjonali. Mhux biss fis-sens tal-artisti involuti li ġejjin mill-Istati Uniti u minn diversi pajjiżi fl-Ewropa, iżda internazzjonali f’termini tas-sinifikat dinji tagħha fl-esplorazzjoni ta’ idjomi artistiċi ġodda u fil-parteċipazzjoni fil-konverżazzjoni globali dwar l-istorja tal-arti, kif ukoll fil-kontribut lejn rivalutazzjoni kostanti tal-arti tal-passat u l-impatt tagħha fuq il-prattika kontemporanja.”
Milton Avery jibqa’ figura sinifikanti ħafna fl-Istati Uniti, bix-xogħolijiet tiegħu jintsabu fil-kollezzjonijiet tal-biċċa l-kbira tal-mużewijiet ewlenin tal-pajjiż. Illum huwa rikonoxxut bħala influwenza fuq il-ġenerazzjoni ta’ pitturi li ġew warajh, u li ffurmaw il-moviment tal-Espressjoniżmu Astratt fis-snin ħamsin, u li ra ċ-ċentru tal-arti jiċċaqlaq minn Pariġi għal New York għall-ewwel darba.
“Hawnhekk, f’din il-wirja nagħmlu l-argument li x-xogħlijiet ta’ Avery ikomplu jeżerċitaw influwenza 60 sena wara mewtu, u li l-artisti li llum xogħolhom jinsab flimkien ma’ dak ta’ Avery fil-MICAS, kollha ġew ispirati sabiex jew joħolqu xogħol ġdid jew jagħżlu xogħol eżistenti għal dan id-djalogu dirett ma’ Avery. Dawn il-konverżazzjonijiet viżivi huma sinifikanti, u rivelatorji.”
Għall-wirja f’Malta attendew ukoll l-artisti Henni Alftan, Harold Ancart, Andrew Cranston u Gary Hume, kif ukoll in-neputi ta’ Milton Avery, Sean Cavanaugh, iben March Avery kif ukoll artist.
“It-tim tal-MICAS taħt it-tmexxija u l-ispirazzjoni ta’ Phyllis Muscat irnexxilu jagħmel kisbiet straordinarji, u aħna grati lejn dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom biex din il-wirja sseħħ,” qalet Devaney, li ħabbret ukoll il-katalgu ta’ Milton Avery ippubblikat mill-pubblikaturi ewlenin fid-dinja Skira Editore, għall-bejgħ biss fil-MICAS.
Skip to content