L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta (MICAS) għandu l-pjaċir iħabbar li, mill-Ħadd, 30 ta’ Novembru, il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi minn dħul b’xejn kull nhar ta’ Ħadd, b’aċċess għall-wirjiet attwali kollha.
Bħala parti minn din l-inizjattiva l-ġdida, il-MICAS se jkun qed joffri wkoll tour ggwidat b’xejn fil-11:00am kull nhar ta’ Ħadd, li jistieden lill-viżitaturi jesploraw il-wirjiet aktar fil-fond b’għarfien dwar ix-xogħlijiet u l-artisti.
Dawn iż-żjarat huma mmexxija mill-gwidi mħarrġa mill-MICAS u huma miftuħa għall-viżitaturi kollha fuq bażi ta’ first-come-first-serve.
Il-MICAS bħalissa qed juri wirja bla preċedent tax-xogħlijiet tal-artist ewlieni Amerikan Milton Avery, akkumpanjat mix-xogħlijiet ta’ seba’ artisti li jikkreditawh bħala influwenza – Henni Alftan, Harold Ancart, March Avery, Andrew Cranston, Gary Hume, Nicolas Party, u Jonas Wood.
Il-Ħdud b’Ammissjoni Ħielsa għandhom l-għan li jżidu l-aċċessibbiltà għall-arti kontemporanja u jiftħu l-esperjenza tal-MICAS għal udjenza usa’, filwaqt li jħeġġu lill-familji, lid-dilettanti tal-arti, lill-istudenti, u lill-viżitaturi tal-ewwel darba biex jinvolvu ruħhom fil-programm dejjem jikber tal-mużew.
Il-mistednin diġà jistgħu jimirħu liberament fl-ispjanatura tal-MICAS, li tospita żewġ skulturi minn Ugo Rondinone u Conrad Shawcross. B’ammissjoni b’xejn nhar il-Ħadd, huma jistgħu jgawdu l-iskulturi ta’ Shawcross ġewwa l-imħażen (barrel vaults) tas-sur La Vittoria, jixtru mil-ħanut tar-rigali tal-MICAS, u jgawdu l-atmosfera arkitettonika tal-mużew li llum sar monument kulturali fih iniffsu.
“Il-MICAS huwa impenjat li joħloq spazju akkoljenti li fih kulħadd jista’ jesperjenza u jgawdi l-arti kontemporanja,” qalet iċ-ċermen eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat. “Ħdud b’Ammissjoni Ħielsa jippermettulna niftħu l-bibien tagħna b’mod usa’ u nistiednu lill-pubbliku jiskopri wirjiet bħall- Colour, Form and Composition: Milton Avery and His Enduring Influence on Contemporary Painting, parti mill-missjoni kontinwa tagħna biex inwasslu arti internazzjonali eċċezzjonali f’Malta.”
Il-viżitaturi li jattendu ż-żjara b’xejn tal-Ħadd, li tiltaqgħa fil-11am, se jkollhom l-opportunità li jesploraw dan l-istħarriġ rari tal-artist Amerikan Milton Avery, flimkien ma’ xogħlijiet ta’ seba’ artisti kontemporanji ewlenin.
Il-MICAS jistieden lill-pubbliku juża l-Ħdud bħala opportunità biex jikkonnettja mal-arti, jirrilassa madwar il-kampus tal-mużew, u jesperjenza wieħed mill-aktar spazji kulturali dinamiċi ta’ Malta.
Ħdud bi Dħul b’Xejn
Bidu: Il-Ħadd, 30 ta’ Novembru
Sigħat tal-Mużew: 10:00 AM – 6:00 PM
Żjara Ggwidata: 11:00 AM (mhi meħtieġa l-ebda prenotazzjoni)