Image by Sean Mallia

MICAS Beacons

2nd Ottubru 2023

MICAS Beacons, 2023 [Is-Sinjali tal-MICAS, 2023] huma trittiku mqiegħed fuq l-opramorti storiċi antiki tal-fortifikazzjoni tal-La Vittoria. Għandhom tul ta’ seba’ metri u nofs, kull arblu jappoġġja par ta’ diski semaforiċi jduru kontra xulxin, kull waħda b’dijametru ta’ madwar erba’ metri.

Dawn l-istrutturi monumentali u strutturalment kumplessi, iffabbrikati bl-istainless steel u l-azzar iggalvanizzat, għall-ewwel jidhru qishom tagħmir militari jew xi sistema bikrija ta’ twissija, imma fl-istess ħin jesprimu l-ispirtu ferrieħi ta’ ġugarell tat-tfal. Matul is-snin, Shawcross żar is-sit tal-MICAS u sab lill-gżira bħala ispirazzjoni kbira. Bis-saħħa tat-tim tal-MICAS, huwa ddetermina r-rispons storiku u speċifiku għal-lokazzjoni kurrenti ta’ dawn is-sinjali.

Mhux skuraġġut mill-isfidi ta’ lokhom, Shawcross ħa ħsieb li jiddiżinja dawn ix-xogħlijiet b’mod li jkunu jifilħu għat-temp estrem tal-gżira. It-tliet xogħlijiet jagħtu għall-port ta’ Marsamxett, u biex jaqblu mal-lok navali u l-istorja rikka marittima ta’ dan il-lok, Shawcross ra li jpoġġi dawn ix-xogħlijiet maġenb u fi qbil ma’ wħud mill-elementi li baqa’ tal-armamenti difensivi tal-imgħoddi.

Il-faxxinu tal-artist lejn il-moviment u l-inġinerija joħroġ permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet ambizzjużi; sistema mekkanika integrali tħaddem ir-rotazzjoni tad-diski ottiċi semaforiċi. Bħal tieqa bid-disinn, id-diski huma attivati mid-dawl tax-xemx u s-sema, li jiġi ffiltrat permezz ta’ disinn ta’ mijiet ta’ eluf ta’ toqob mhux ripetuti. Il-kuluri allegri u jgħajtu jużaw bnadar marittimi li jiżvelaw messaġġ permezz ta’ kodiċi semaforiċi, li se jidhru madwar il-bajja u fuq il-baħar lil hinn. Simili għal sistemi ta’ twissija tal-kosta, it-tliet diski jlissnu l-kelma NOW [ISSA]. Dan jirreferi direttament għall-faxxinu tal-artist lejn il-perċezzjoni taż-żmien, imma b’mod aktar speċifiku jagħmilha wkoll ta’ sinjal jew prikursur għal dak li qed jiżvolġi u li se jseħħ fil-post ġdid tal-MICAS. Il-wirja hija preludju għal dak li se jseħħ: eżatt taħt dawn is-sinjali, il-bini jinsab fi triqtu biex jippermetti l-ftuħ imminenti tal-galleriji tal-MICAS fil-ħarifa li ġejja.

Sign up for
our Newsletter

No spam included.