Matthew Attard Navarro

Matthew Attard Navarro huwa direttur kreattiv b’sett ta’ ħiliet fid-disinn, l-illustrazzjoni u l-fotografija, u ilu jaħdem fl-industriji tal-moda, tal-lussu u tal-midja għal dawn l-aħħar disa’ snin. Oriġinarjament minn Malta, Attard Navarro issa jgħix Londra. Qabel kien jaħdem bħala Art Directore fil-VICE Media u bħala Art Director mad-ditti tal-YOOX Net-A-Porter Group. Fl-2018 huwa stabbilixxa prattika kreattiva żgħira msejħa ANCC li tikkonsulta kemm lil ditti tal-moda u tal-lussu emerġenti kif stabbiliti, filwaqt li tappoġġjahom fil-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ kontenut u komunikazzjoni permezz ta’ diversi pjattaformi diġitali li jgħaqqdu l-fotografija, il-film u l-pjattaformi diġitali. 

Share

Skip to content